Il-Papa jitlob għal Ceuta

Kitba ta’ Joe Galea

Nhar il-Ħadd 2 ta’ Awwissu l-Papa Ljun XIV esprima t-tħassib tiegħu dwar is-“sitwazzjoni allarmanti” f’Ceuta u appella għal soluzzjonijiet li jwasslu għall-paċi, l-stabbiltà u l-ġustizzja għar-reġjun Spanjol ta’ Ceuta li qed jiffaċċja kriżi kbira ta’ migrazzjoni u ta’ bżonn ta’ għajnuna umanitarja.

Il-Papa Ljun XIV jindirizza lill-pellegrini fi Pjazza San Pietru fit-2 ta’ Awwissu

Wara li mexxa l-Anġelus fi Pjazza San Pietru, il-Papa qal: “Qed insegwi b’attenzjoni s-sitwazzjoni allarmanti f’Ceuta, u nitlob lil Alla, permezz tal-interċessjoni ta’ Ommna tal-Afrika, biex jinstabu soluzzjonijiet li jġibu paċi, stabbiltà u ġustizzja.”

Dan wara l-wasla ta’ bejn 50,000 u 60,000 persuna mill-Marokk fit-30 ta’ Lulju, ħafna minnhom ippruvaw jilħqu t-territorju Spanjol billi qasmu bl-għum il-fruntiera bejn il-Marokk u Spanja. F’dan it-tentattiv mietu tal-inqas 67 persuna, l-iktar għaliex għerqu. Il-wasla f’daqqa f’daqqa ta’ tant nies kienet ogħla mill-kapaċità ta’ Ceuta biex twieġeb għas-sitwazzjoni u wasslet biex l-awtoritajiet jinstallaw aktar barrieri fil-fruntiera.

Ara id-diskors kollu tal-Papa waqt l-Angelus tat-18-il Ħadd matul is-Sena …

Il-Papa reġa’ appella biex jintemmu l-kunflitti armati madwar id-dinja. Qal: “Ejja nkomplu nitolbu għall-paċi, biex il-gwerer jieqfu madwar id-dinja u jinstabu soluzzjonijiet diplomatiċi għall-kunflitti. Ejja niftakru fil-vittmi kollha tal-ostilitajiet, speċjalment l-aktar dgħajfa u bla difiża: it-tfal, ix-xjuħ u l-morda. “Il-Mulej jikkonsla lil dawk li qegħdin ibatu u jbierek ix-xogħol ta’ dawk li jagħtu għajnuna u qegħdin joffru l-faraġ.”

Joe Galea

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading