Talb tal-interċessjoni. Id-19-il Ħadd matul is-Sena

V… Il-Mulej jistedinna biex nibqgħu nafdaw fih b’mod speċjali meta ngħaddu mit-tiġrib tal-ħajja. Nitolbuh għalhekk biex jisma’ t-talb tagħna.

1. Mulej, indokra lil dawk li qed imexxuna fit-triq tas-sewwa biex anke meta fuqhom jiġi t-tiġrib inti tkun it-tarka tagħhom. Nitolbu

2. Mulej, mexxi l-passi ta’ dawk li qed jiggvernaw biex dejjem ikunu ta’ għajnuna għal dawk li huma fqar u żvantaġġati fis-soċjetà. Nitolbu

3. Mulej, ħu ħsieb lill-persuni li jħossuhom abbandunati, minsija u mhux rispettati billi tipprovdilhom nies li juruhom l-imħabba u s-solidarjetà li jeħtieġu f’ħajjithom. Nitolbu

4. Mulej, ieqaf magħna lkoll f’dan il-jum tant għażiż tal-Qawmien tiegħek, u agħmel li negħlbu l-biżà kollu tagħna u nafdaw dejjem fik. Nitolbu

V… Inroddulek ħajr Mulej, ta’ dan il-jum li tajtna u nitolbuk biex tħarisna minn kull ħsara ħalli nkunu nistgħu inkomplu nwettqu l-ħidma tagħna għall-glorja tiegħek. Bi Kristu Sidna

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading