Omelija ta’ Ġwanni Pawlu II fil-Parroċċa Rumana tal-Beata Verġni Marija tal-Perseveranza

ĊELEBRAZZJONI EWKARISTIKA FIL-PARROĊĊA RUMANA
TAL-BEATA VERĠNI MARIJA TAL-PERSEVERANZA

OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II

Il-Ħadd, 17 ta’ Frar 1985

1. “Ġesù dar il-Galilea kollha, jgħallem fis-sinagogi tagħhom, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna u jfejjaq kull xorta ta’ mard u dgħufija fost il-poplu” (Mt 4, 23).

Fl-ispirtu ta’ dan il-kliem tal-Vanġelu insellem lill-parroċċa ta’ Santa Marija tal-Perseveranza, li ngħatali li nżur illum. Iż-żjara tal-isqof hija dejjem ministeru pastorali u apostoliku, li l-mudell ewlieni u rraġjunġibli huwa Ġesù Kristu: dak li jippriedka l-Vanġelu tas-saltna, dak li jfejjaq, dak li jieħu ħsieb ir-ruħ u l-ġisem.

Flimkien mal-kardinal vigarju u mal-isqof tas-settur Punent insellem lis-saċerdoti u lil dawk kollha li jappartienu lil din il-komunità parrokkjali: “Is-sliem lilkom ilkoll, li intom fi Kristu” (1 Pt 5, 14).

2. It-tema ewlenija tal-liturġija tallum hija, nistgħu ngħidu, il-missjoni ta’ Ġesù Kristu mal-lebbrużi.

Bħalma smajna fl-ewwel qari mill-ktieb tal-Levitiku, il-lebbrużi kienu persuni meqjusa legalment impuri, intokkabli, li kienu mġegħla jgħixu fi truf is-soċjetà, Iżda Ġesù jilqagħhom, imisshom u jfejjaqhom. Il-Knisja, depożitarja tal-messaġġ miġjub mill-Mulej u kontinwatriċi tal-missjoni feddejja tiegħu, qatt ma waqfet, tul is-sekli, li tagħmel l-aħjar tagħha fl-attenzjoni u l-kura favur il-morda, speċjalment ma’ dawk milquta mil-lebbra.

Huma magħrufa ma’ kulħadd l-appostli l-kbar tal-lebbrużi, biex nillimita ruħi għall l-aħħar deċenni ta’ dan is-seklu:Patri Damjan de Veuster fil-gżira ta’ Molokai; il-patri ġeżwita Pollakk Jan Beyzym, li ddedika ħajtu għall-kura tal-lebbrużi ta’ Ambahiwuraka, qrib Tananarive, fil-Madagascar, sa ma hu stess intlaqat minn din il-marda u miet fost il-lebbrużi f’dak il-post; it-tabib Marcello Candia, li miet ftit snin ilu, li kkonsagra l-aħjar enerġiji tiegħu fost il-lebbtużi ta’ Marituba, fil-bokka tar-Rio delle Amazzoni: lebbrożarju, dan, li żort matul il-vjaġġ pastorali fil-Brażil u hekk personalment rajt b’liema attenzjoni huwa jikkura l-morda tiegħu. Tali attenzjoni tal-Knisja għal-lebbrużi stajt niltaqa magħha wkoll fl-ewwel vjaġġ tiegħi fl-Afrika  , fil-lebbrożarju ta’ Adzopé, fil-Costa d’Avorio, u matul iż-żjara tiegħi fil-Korea, f’Mejju tas-sena l-oħra, fejn dakinhar stajt inwassal il-konfort tiegħi lill-morda tal-lebbrożarju ta’ Sorok Do.

3. Il-ktieb tal-Levitiku fih regoli partikolari dwar il-lebbra. Bħalma jidher mit-test, li l-ewwel nett jassikura lill-oħrajn mill-periklu tal-kontaminazzjoni: “Jgħixu barra l-akkampament” (Lv 13, 46).

Bdana kollu dawn il-probizzjonijiet severi kollha ntegħlbu minn Ġesù ta’ Nażżaret.

Għandna eżempju fil-Vanġelu tallum: «Wieħed lebbruż talbu għarkubbtejh u qallu “Jekk trid, tistà tfejjaqni”. Ġesù mqanqal mill-ħniena, ħareġ idejh, messu u qallu: “Iva rrid, tkun imfejjaq . . . imma mur uri ruħek lill-qassis, u offri l-offerta għall-fejqan tiegħek li Mosè ordna”» (Mk 1, 40-44). F’dan il-ġest ta’ Ġesù ninnotaw l-għelib u fl-istess ħin il-fedeltà lejn il-liġi ta’ Iżrael:”Ippreżenta ruħek lill-qassis”, Dan hu l-istil ta’ Ġesù li ġie biex iwettaq, mhux jeqred.

4. Ġesù li jfejjaq, li jikkura l-lebbra: jagħmel “sinjali kbar”. Dawn is-“sinjali” kienu jservu għall-wirja tal-qawwa ta’ Alla quddiem il-mard tar-ruħ: quddiem id-dnub. Tali riflessjoni żviluppat ruħha fis-salm responsorjali, li propju jxandar l-beatitudni tal-maħfra tad-dnubiet: “Ħieni l-bniedem li dnubietu maħfura, / li għandu d-dnub tiegħu mistur. / Ħieni l-bniedem li ebda ħażen ma jgħoddlu l-Mulej /  u ma għandu ebda qerq f’qalbu” (Sal 32, 1-2).Ġesù jfejjaq mill-mard fiżiku, imma fl-istess ħin jeħles mid-dnub. Hekk hu jirrivela l-Messija mħabbar mill-profeti, dak li “tgħabba bit-tbatijiet tagħna”, li “ħa fuqu d-dnubiet tagħna” biex jeħlisna minn kull mard spiritwali u materjali (cf. Iż 53, 3.12). F’dan is-sens huwa jinsab fil-Knisja bħala l-Ħellies per eċċellenza, dak li għamel mill-fidwa minn kull ħażen ir-raġuni tal-miġja tiegħu fid-dinja.

5. M’għandu jkun hemm fil-bniedem ebda qerq, ladarba dnubietu jkunu maħfura. Il-maħfra titlob ndiema sinċiera u konverżjoni tassew.

Dan jindikah kliem ieħor tar-responsorju Id-dnub tiegħi jien stqarrejtlek, / u l-ħażen tiegħi ma ħbejthulekx, /  Jiena għedt: “Quddiem il-Mulej nistqarr dnubieti”, /  u int ħfirtli l-ħafen tad-dnub tiegħi” (Sal 32, 5).

Propju tali ndiema sinċiera u sħiħa u qrara tad-dnubiet iwasslu għall-purifikazzjoni spiritwali. Li magħha jiġi l-ferħ intern tal-kuxjenza: “Ifirħu twajbin, u thennew fil-Mulej, / agħjtu bil-ferħ intom ilkoll ta’ qalbkom safja” (Sal 32, 11).

6. Hekk mela tema ċentrali tal-liturġija tallum hija l-purifikazzjoni mid-dnub, li  huwa bħal-lebbra tar-ruħ.

Għal din il-problema ewlenija fil-ħajja spiritwali tagħna kollha kien iddedikat l-aħħar Sinodu tal-isqfijiet (1983). Id-dokument post-sinodali jfakkar b’mod dettaljat it-tagħlim evaġeliku dwar ir-rikonċiljazzjoni ma’ Alla u dwar is-sagrament tal-Qrar.

Fit-tali eżortazzjoni apostolika kien ikkonfermat b’mod ċar li “għal nisrani s-sagrament tal-Qrar huwa t-triq ordinarja biex jikseb il-maħfra u  r-remissjoni tad-dnubiet gravi mwettqa wara l-Magħmudija”. Din tg#id ukoll li s-Salvatur fl-azzjoni feddejja tiegħu mhuwiex hekk marbut ma’ sinjal sagramentali li ma jistax jopera s-salvazzjoni barra u ‘l fuq mis-sagramenti, “imma ried u dispost li s-sagramenti umli u prezzjużi tal-fidi jkunu ordinarjament l-meżżi effettivi, li minnhom tgħaddi u topera l-qawwa redentriċi tagħha . . . Ikun mela insensat li nippretendu li nirċievu l-maħfra billi ngħaddu mingħajr is-sagrament, imwaqqaf minn Kristu  propju għall-maħfra” (cf. Giovanni Paolo II, Reconciliatio et paenitentia, 31).

7. L-istedina għar-rikomċiljazzjoni ma’ Alla, għall-purifikazzjoi mid-dnubiet, tinsab fil-bażi tal-Vanġelu tas-saltna, li Ġesù ta’ Nażżaret kien jippridka.

Fuq dan is-sies biss wieħed jistà jibni l-ħajja nisranija tagħna, jiġifieri jagħti twettiq għal din is-sejħa għall-imitazzjoni ta’ Kristu, li dwarha jitkellem San Pawl fit-tieni qari: “Ixbħu lili bħalma jien nixbaħ lil Kristu” (1 Kor 11, 1). Din l-istedina, fi żminijiet diversi, sabet rejalizzaturi żelanti, bħal Patri Damjan, Patri Beyzym, Marċello Candia, li diġa semmejthom.

Nimitaw lil Kristu, niddedikaw flimkien miegħu ħajjitna kollha għall-glorja ta’ Alla: kollha sal-attivitajiet l-iktar sempliċi, kif ikompli jgħid San Pawl: “Sew jekk tieklu, sew jekk tixorbu, tagħmlu x’tagħmlu, agħmlu kollox għall-glorja ta’ Alla” (1 Kor 10, 31).

8. Bħala Isqof tal-Knisja, li hija f’Ruma, u fl-istess ħin qaddej tar-ruħkom, niġi llum fil-parroċċa tal-Beata Verġni Marija tal-Perseveranza b’dan il-messaġġ evanġeliku li nerġgħu naqraw fil-liturġija ta’ dan il-Ħadd: il-purifikazzjoni mid-dnub u l-ħajja għall-glorja ta’ Alla fuq l-eżempju ta’ Ġesù Kristu.

B’dan il-messaġġ, nindirizza lil kulħadd, billi nibda minni stess, għaliex bħala isqof u ragħaj tal-Knisja jiena speċjalment imsejjaħ biex ngħix dan il-messaġġ: “sabiex ma jiġrix li wara li ppridkajt lill-oħrajn, jiena stess insib ruħi kkundannat” (1 Kor 9, 27).

Ħallu li dan il-messaġġ inissel momentum ġdid ukoll fikom ilkoll, li tappartienu lil din il-parroċċa ta’ Santa Marija tal-Perseveranza, immexxija mill-benemeriti missjunarji tal-Qaddejja tal-Foqra, li l-fundatur tagħhom, Giacomo Cusmano, imsejjaħ “Missier il-foqra”, kelli l-pjaċir li ngħolli għall-unuri tal-altari, fit-30 ta’ Ottubru 1983. Qaluli li l-madwar 4300 familja ta’ din il-parroċċa, ġejjin il-biċċa l-kbira mill-Marche, l-Abruzzo u mill-Italja t’isfel, huma sensibli għall-problemi tal-fidi u jieħdu parti fl-inizjattivi parrokkjali ddestinati biex jippromwovu l-liturġija, il-katekeżi u l-assistenza lil ħutna morda u fil-bżonn. Ukoll l-assoċjazzjonijiet parrokkjali tal-Azzjoni kattolika tal-Ordni franġiskan sekolari, tal-Volontarjat vinċenzjan u tal-gruppi oħra ġovanili jagħmlu tinħass il-preżenza tagħhom, billi juru żelu kbir fix-xogħlijiet rispettivi tagħhom. Hemm imbagħad kongregazzjonijiet reliġjużi numerużi, kemm maskili kif ukoll femminili, li jwasslu l-kontribut speċifiku tagħhom fl-oqsma differenti tal-assistenza fl-isptarijiet, fid-djar tal-mistrieħ, fis-servizz lill-ħandikappati, li fihom jiddistingwu ruħhom l-Ulied maskili u femminili ta’ Don Guanella. Filwaqt li nesprimi lil dawn il-kategoriji kollha il-pjaċir tiegħi, inħeġġiġhom biex ikomplu sewwa f’din ix-xhieda nisranija tagħhom.

Sfortunatament ukoll f’din il-komunità parrokkjali ma jonqsux il-problemi pastorali u soċjali, bħal dawk tal-familji milquta mill-fenomenu trist tad-divorzju u tad-droga, jew milquta mill-isfratti kif ukoll min-nuqqas ta’ strutturi adegwati neċessarji għall-ħajja tal-kwartieri. Ma jonqsux imbagħad xi nsara li jgħixu f’xorta ta’ indifferenza reliġjuża, billi jittraskuraw il-prattika tas-sagramenti u s-sehem fil-liturġija tal-jiem festivi. Lil dawn ngħidilhom: il-Knisja torbot ukoll fuqkom, il-Knisja tħobbkom kif intom u tistenna r-ritorn tagħkom u l-kollaborazzjoni tagħkom. Kemm nixtieq nistabilixxi djalogu magħkom biex ngħidilkom imħabbti kollha u l-fehim tiegħi! La tibżgħux tiftħu qlubkom lis-saċerdoti tal-parroċċa, li jixtiequ jaslu għand l-erwieħ kollha, speċjalment dawk l-iktar imbegħda jew li ma jemmnux. Huma jħossu u huma missirijiet ta’ kulħadd mingħajr preferenza jew aċċettazzjoni ta’ persuni.

Inħeġġeġ lil kulħadd biex dejjem tgħixu iktar konsistentement l-esiġenzi tal-Vanġelu u biex tħossukom tassew aħwa fil-Mulej.

9. Il-Patruna tal-komunità tagħkom hija l-Madonna tal-Perseveranza.

Lilha mela nixtieq nafda dan il-ministeru tiegħi tallum, dan il-messaġġ evanġeliku. Lilha nixtieq nirrakkomanda lil kull waħda u wieħed ta’ din il-parroċċa.

Omm tal-Perseveranza: hija bla taqtà tinterċedi għalina, sabiex nipperseveraw fit-tajjeb. Sabiex ma nħallux lilna nfusna “nintrebħu mill-ħażin” (Rm 12, 21). Kemm ispirazzjoni kbira, kemm tama hija hi għalija u għall-Knisja! Jalla ma taqtà qatt hi li tkun tali ispirazzjoni, tali tama għall-komunità tagħkom, għal kull wieħed u waħda u għal kulħadd.

Omm tal-Perseveranza!

  • R
  • R
  • WWaqt li jwieġeb għat-tislima tal-kappillan

Irrid insellem minn din il-gallerija splendida lill-parroċċa tagħkom afdata għall-attenzjoni pastorali tal-kongregazzjoni reliġjuża tas-Servi tal-foqra li għal dawn il-ħamsa u għoxrin sena wettqu f’dan l-ambjent il-ministeru pastorali. Irrid insellem lill-komunità parrokkjali kollha, lil dawk kollha preżenti u lill-abitanti kollha ta’ din iż-żona. Insellem lill-familji kollha u lil kull familja b’mod partikolari għaliex kull familja hija diġa Knisja, “Ekklesia”, Knisja domestika, Knisja żgħira, kif fakkar il-Konċilju. Irrid imbagħad insellem lid-diversi ġenerazzjonijiet billi nibda mill-anzjani, min-nanniet, biex imbagħad ngħaddi għall-ġenituri, għall-adulti, għaż-żgħażagħ, għat-tfal, għall-iktar ċkejknin u għal dawk li għadhom kemm twieldu.. Kollha huma mħaddna mill-istess imħabba tal-Missier, tal-Iben u tal-Ispirtu Santu, Intom ilkoll issibu ruħkom taħt il-protezzjoni tal-Verġni Omm, Omm il-Perseverabza, Għandha titolu sabiħ il-parroċċa tagħkom, Waqt li niltaqà magħkom għall-ewwel darba u nkellem għall-ewwel darba lill-komunità tagħkom ma nistax nawguralkom ħaġ’oħra għajr dak li jinsab f’dan it-titolu. Nawgura l-perseveranza lil kulħad. Perseveranza fil-ġid, fil-ħajja nisranija, fil-fidi; perseveranza ta’ kuljum għall-ħajja kollha. Il-perseveranza hija wkoll grazzja speċjali u prezzjuża għal kull wieħed u waħda minna.  Hemm bżonn nipperseveraw sat-tmiem, għaliex il-ħajja hija mixja. Ilkoll irridu naslu sad-destinazzjoni u biex naslu rridu nkunu perseveranti, Din il-perseveranza tagħna tinsab f’idejn l-Omm tal-Petseveranza.

Lit-tfal subien bniet

Niżżikom ħajr l-ewwelnett għall-fjri li offrejtuli, Iż-żmien għadu sħun u l-fjuri ma nsibuhomx faċilment, imma jekk ikun hemm il-qalb insibu l-fjuri ukoll. Intom il-parruċċani l-iktar żgħażagħ: intom tfal, subien u bniet u tagħmlu parti minn din il-parroċċa mqegħda taħt il-protezzjoni tal-Madonna tal-Perseveranza.  Ipperseveraw intom ukoll ħajjitkom kollha, jinħtieġ tkunu perseveranti kuljum. Intom għandkom tipperseveraw fl-istudju imma għandkom tipperseveraw ukoll fil-preparazzjoni għas-sagramenti, għall-ewwel Tqarbina, għall-Griżma . . .  [Wara nċident tekniku qasir tal-mikrofni] Jekk il-mikrofnu mhux perseveranti mhuwiex ħ. Iżda jekk il-Papa jew tifel jew tifla ma jkunux perseveranti tkun ħaġ’oħra, għaliex aħna responsabli tal-perseveranza tagħna. Nawguralkom li tkunu perseveranti, li titgħallmu l-perseveranza sa minn età żgħira, sa miż-żgħożija, sa mill-ħwejjeġ iż-żgħar Itolbu lil Omm Kristu, patruna tal-parroċċa tagħkom, li tkunu perseveranti fid-dmirijiet tagħkom ta’ kuljum, l-iskola u d-dar. Il-perseveranza twassalkom biex tkunu nsara tajbin fil-ħajja futura..

Lill-kunsill pastorali

Niżżikom ħajr għal dan l-apostolat tagħkom iċċentrat fuq il-parroċċa u attwat mid-diversi komponenti tal-parroċċa nfisha, mill-gruppi l-iktar kwalifikati. Naħseb li rridu dejjem niskopru dak li hu essenzjali, u essenzjali ju li Kristu salvana, fdiena, offrilna d-don tas-salvazzjoni eterna. Dawk li huma konxji tad-don ta’ Ġesù jikkostitwixxu l-Knisja u bħala Knisja rridu wkoll l-għarfien ta’ kif inwasslu biex jiffrutta dak id-don b’perseveranza, kif jgħid it-titolu tal-patruna tal-parroċċa tagħkom. Biex tippersevera trid kemm il-parir personali kif ukoll il-parir komunitarju. Kull wieħed u waħda minna għandu jfittex is-salvazzjoni tal-komunità. Irridu mela kollaborazzjoni fil-forma l-iktar qawwija, Din tesprimi ruħha, appuntu, permezz ta’ dawn il-pariri pastorali mnissla wara l-Konċilju Vatikan II. Parir pastorali jfisser parir li jfittez li jikkollabora ma’ Kristu r-Ragħaj it-Tajjeb fix-xogħlijiet pastorali tas-saċerdot. Għal dan l-impenn tagħkomP feddej jiena niżżikom ħajr, u magħkom lill-familji tagħkom, lill-għeżież tagħkom, u nberikkom minn qalbi.

Lill-katekisti

Għeżież, niżżikom ħajr, għaliex intom ta’ għajnuna valida. Il-Papa, infatti, ekk nistgħu ngħidu hekk, huwa l-ewwel katekist tal-Knisja ta’ Ruma, barra, naturalment, ta’ dik universali. Huwa dan bħala suċċessur ta’San Pietru li kien storikament l-ewwel katekista ladarba l-ewwel katekeżi kienet dik tal-jum ta’ Pentekoste, Pietru min-naħa tiegħu segwa kil Ġesù li, jgħid Pawlu VI fl-Evangelii nuntiandi, kien l-ewwel evanġelizzatur. Nistgħu, iżda, ngħidu li Ġesù kien ukoll l-ewwel mill-katekisti la darba l-katekeżi hija inerenti fl-evanġeliżazzjoni.  Infatti, mhemmx evanġeliħazzjoni jekk mhux permezz tal-katekeżi. Dan huwa l-metodu li l-Knisja ilha tisperimenta għal sekli, kemm għaż-żgħażagħ daqskemm għall-bqija tal-umanità. Il-Knisja, kif jingħad fid-dokument Catechesi tradendae, għandha tikkatekiżża u tkun hija wkoll ikkatekizzata. Nawguralkom, għalhekk, li timpenjaw ruħkom bi mħabba kbira għal Ġesù Kristu f’dan ix-xogħol. Ngħid bi mħabba kbira għaliex huwa b’mod speċjali dan li hemm bżonn. U nittama wkoll li l-imħabba tagħkom għal Ġesù Kristu tikber minn jum għal ieħor. Barra minn dan nawguralkom li tiġbru l-frott prattiku tal-katekesi: jalla l-katekumeni tagħkom ikunu jistgħu isibu tant dawl, ikunu jistgħu jiifhmu aħjar il-misteri u l-veritajiet tal-fidi u l-prinċipji tal-ħajja nisranija, Dan huwa l-frott ta’ din l-edukazzjoni. Niżżikom ħajr u nawguralkom dan kollu li hu biżżejjed, u nberikkom minn qalbi.

Għall-Azzjoni kattolika u għall-Ordni sekulari franġġiskan

Ħadt gost kbir niltaqà ma’ parroċċa intitolata Santa Marija tal-Perseveranza, Dan it-titolu jidhirli elokwenti  ħafna u sinifikattiv: dan jitkellem dwar id-destini tal-ħajja umana u nisranija. Jiena kuntent niltaqà ma’ dawn iż-żewġ gruppi hekk kwaifikati: dawn għandhom storja u tradizzjoni fil-Knisja. Nawguralkom li tipperseveraw f’dawn it-toroq diġa sperimentati sewwa fil-ħajja tal-Knisja u nawguralkom li tibqgħu dejjem żgħażagħ. B’dan inberikkom.

Lil grupp ta’ kommerċjanti

Il-kummerċ għandu l-waqt tiegħu important fil-ħajja tas-soċjetà kif ukoll fil-ħajja internazzjonali. Dan huwa wieħed mill-kostituttivi tal-ekonomija, nibdew minn dik lokali sa dik nazzjonali u mondjali. Dan huwa xogħol pożittiv ħafna, li jservi għall-ġid tal-oħrajn,, għalhekk jien kuntent ħafna li niltaqà magħkom u jien kuntent ħafna li dawk li f’din il-parroċċa jieħdu ħsieb il-kummerċ riedu jiltaqgħu mal-Isqof ta’ Ruma, il-Papa, waqt iż-żjara tiegħu. Dan juri li intom qrib il-Knisja  u għal din il-parroċċa. Il-Knisja wkoll hija qribkom u għall-professjoni tagħkom, u b’mod speċjali qrib ħajjitkom, personali u familjari. Napprofitta minn din iċ-ċirkustanza biex nagħti barka lilkom ilkoll u lill-għeżież kollha tagħkom u niżżikom ħajr għal din l-inizjattiva karitattiva li ħejjejtu b’sensibiltà biżżejjed sinifikattiva għat-tbatijiet u l-bżonnijiet tad- dinja.

Lir-reliġjużi (femminili)

Li żżidu l-virtujiet huwa l-iskop u l-għan ta’ kull kongregazzjoni reliġjuża, u jiena nawguralkom li tipprogredixxu fil-virtujiet insara, f’dawk morali, f’dawk soprannaturali, f’dawk tejologali li, flimkien jikkostitwixxu l-istruttura spiritwali tal-persuna interna. Kull waħda minnkom għandha l-interjorità tagħha,, l-ispirtu tagħha, ir-ruħ tagħha. Din l-interjorità tiġġi, f’sens speċjali, ikkultivata mill-Ispirtu Santu. Infatti l-Ispirtu Santu huwa dak lii jikkultiva l-erwieħ, bil-virtujiet, b’dak kollu li huwa spiritwali fil-bniedem u li fl-aħħar jikkostitwixxi lill-bniedem f’dik li hija l-perfezzjoni. Il-qdusija  tiegħu. Intom imsejħa għall-qdusija, bħall-insara kollha, imma nistgġu ngħidu li, jekk il-bnedmin huma msejħin għall-qdusija f’Ġesù Kristu, ħafna dan ma jafhux. Iżda intom intom imsejħa għall-qdusija konxjament. Tafu li għandkom twieġbu għal din is-sejħa. Allura l-awgurju tiegħi huwa li tkunu sensibli ħafna għax-xogħol tal-Ispirtu Santu li f’ruħ kull waħda minnkom irid jimmudella persuna matura spiritwalment. Huwa jrid jimmudella f’kull waħda minnkom xebħ speċjali f’Ġesù Kristu li huwa dak ta’ Ommu, sabiex lil Ġesù Kristu, lil dan l-Alla bniedem, lil Alla bniedem, bniedem perfett, Adam ġdid, jikkorrispondi fil-parti femminili tal-ġeneru uman Marija, Ommu, bintu u l-għarusa tiegħu. Dan kollu nsibuh fit-tradizzjoni spiritwali tas-Santi Padri tal-Knisja u fit-tejoloħi tal-epoki kollha. Dan iservi lilkom biex jissensibilizza lil ruħkom, l-interjorità tagħkom, is-sensibiltà tagħkom għax-xogħol tal-Ispirtu Santu li jwassal għall-qdusija lil kull wieħed f’Ġesù Kristu, grazzi għall-opra feddejja tiegħu. Nawguralkom li timxu sewwa f’din it-triq fejn sibtu l-vokazzjoni tagħkom. Li timxu sewwa kull waħda u lkoll flimkien, għaliex il-ħajja reliġjuża tinvolvi dawn iż-żewġ aspetti: dak personali, intern. U dak komunitarju, tal-ħajja fraterna. Kemm il-wieħed kif ukoll l-ieħor huma doni tal-Ispirtu Sanru biex iqarribna għar-rejaliżazzjoni tas-saltna ta’ Alla taquello personale, interiore, e quello comunitario, di vita fraterna. Sia l’uno che l’altro sono doni dello Spirito Santo per avvicinarci alla realizzazione del regno di Dio.

Tweġiba għad-domandi taż-żgħażagħ

Nistgħu naraw li ż-żgħażagħ huma kurjużi mhux ħażin! Iridu jkunu jafu kollox, u jridu kollox f’salt! Il-mistoqsijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ ħajtii  u b’mod speċjali dik li għandha x’taqsam ma’ żgħożiti huma ta’ mportanza kbira ferm, imma mhux faċli tagħti tweġiba qasira u sempliċi speċjalment f’dak li jirrigwarda l-vokazzjoni. Din hija dejjem grazzja tal-Mulej u l-Mulej jaf isib it-toroq għal kull wieħed u waħda minna meta jrid isejħilna. Tkellimt dwar xi wħud minn dawn fil-ktieb miktub minn André Frossard: Djaloguma’ Ġwanni Pawlu II, li kien tradott ukoll fit-Taljan: jekk intom daqstant kurjużi tistgħu taqrawh: ikun utli mhux biss biex tkunu tafu l-partikolari tal-vokazzjoni u tal-ħajja personali tal-Papa meta kien żagħżugħ . . .  con Giovanni Paolo II, che è stato tradotto anche in italiano: se siete tanto curiosi potete leggerlo: sarà utile non solo per conoscere i particolari della vocazione e della vita personale del Papa quand’era giovane . . . Skont jien iż-żgħażagħ huma dejjem l-istess madankollu teżisti differenza kbira bejn iż-żgħażagħ tal-epoka tiegħi u dawk tallum. Qed nitkellem skont l-esperjenza tiegħi, skont dak li sirt naf skont dak li kont nara b’għajnejja u f’Pajjiżi: fi żmieni l-ħajja kienet iktar uniformi, immarkata minn ċerta tradizzjoni, u mbagħad ukoll  iktar issapportjata mill-istituzzjonijiet, bħall-iskola, -assoċjazzjonijiet eċċetra. Jistà jkun li llum hemm iktar individwaliżmu. Minn naħa oħra mhux x faċli linqas li tgħaddi ġudizzju billi kollox qed jinbidel bmod mgħaġġel. Biżżejjed naħsbu kemm diġa donnhom tant is-snin li jifirduna mill-Konċilju Vatikan II, kemm bidliet saru bejn l-1968 u snin Sebgħin, u s-snin Tmenin: epoka sħiħa. X’differenzam speċjalment fil-qasam żagħżugħ! Nistgħu ngħidu li ż-żgħażagħ ta’ dawn l-aħħar snin qegħdin iktar ifittxu l-valuri, ta’ ġerarkija vera ta’ valuri, valuri morali, spiritwali. Naturalment dan kollu jinsab f’evolozzjoni u mbagħad huwa diffiċli tillimita ruħek għal ambjent, per eżempju dak Taljan, quddiem tant sitwazzjonijiet differenti ukoll waħdu fil-Pajjiżi  Ewropej l-oħra. L-esperjenza tiegħi llum tiġi mil-laqgħat maż-żgħażagħ; din mhix esperjenza diretta tal-pastorali ġovanili, u dan kollu li naf jiġi minn hemm. Illum l-esperjenza tiegħi hija ndiretta imma naħseb li biżżejjed biex niltaqà maz-zgħażagħ u fil-partijiet l-iktar differenti tad-dinja.

Fil-vjaġġi tiegħi, ukoll dan l-aħħar fl-Amerika Latina, fil- Venezuela, fl-Ecuador, fil-Perù, fi  Trinidad u Tobago iltqajt kullimkien ma’ gruppi kbar ta’ żgħażagħ, mijiet ta’ eluf: l-ikbar assembleja kienet bla dubju ta’ xejn dik tal-ippodromu ta’ Lima fejn, per eżempju, tkellimt dwar il-beatitudni. Hemm ukoll dehrli li dak li għidt kien qed jiġi riċevut, aċċettat. Allura sehrli li ż-żgħażagħ jistennew il-messaġġ evanġeliku. Ladarba jistennewh huwa sinjal tajjeb! U jekk ikolli nqabbel dawn il-laqgħat kbar ma dawk fil-parroċċi Rumani, hekk hu li narahom simili. Għaliex jiena naħseb – u dan jiġini mill-passat, minn meta kelli esperjenza iktar diretta – li ż-żgħażagħ jikbru, fl-istess ġenerazzjoni, ftit jew wisq problem, bl-istess ideali, bl-istess ansjetajiet, bl-istess preokkupazzjonijiet, Għal dak li jolqot liħ-żgħażagħ Taljani, per eżempju, jgħidli l-President Pertini li jiltaqà magħhom spiss matul il-visti fil-Quirinale, għandhom fuq kollox żewġ domandi: “President, x’se jkun il-futur tagħna? Aħna, iva, il-futur, imma x’hemm jistenniena?”  U fuq kollox żewġ ħwejjeġ:  Il-futur tagħna se jkun ħieles mill-gwerra nuklejari?” Din hija domanda li jagħmlu ż-żgħażagħ Taljani. It-tieni hija: “Meta Ntemmu l-iskola, se jkollna xogħol?” Dawn żewġ domandi tipiċi, jgħid il-president, li ż-żgħażagħ jagħmlulu meta jiltaqgħu miegħu.  Dan biex inkunu għidna xi ħaġa dwar l-esperjenza  tiegħi  li hija dik tal-President Pertini,  imma wkoll l-esperjenza ta’ bosta isqfijiet u saċerdoti li jagħmlu esperjenza diretta waqt li jiltaqgħu maż-żgħażagħ.

Hemm imbagħad żewġ domandi tassew impotanti min-naħa tagħkom: “Int fiduċjuż li fid-dinja tistà ssaltan il-paċi?” Ikolli nagħraf li din hija ċertament il-problema ċentrali tal-ġenerazzjoni tagħkom, tal-ġenerazzjoni li tagħlaq it-tieni millennju. Jiena konvint li nistgħu nirbħu, li nistgħu nirbħu u niksbu l-paċi. Naturalment hemm bżonn ta’ sforz kbir, ħafna sodizza, impenn kbir u, skomt jien, talb qawwi sabiex il-Mulej ibigħed  il-perikoli li qegħdin jinġabru fuqna. Rigward l-idejoloġiji, Quddiem dawk li jfittxu għanijiet ta’ ġustizja permezz tal-vjolenza, liema hija l-alternattiva konkreta li tistà tgħin lill-insara? In-nisrani jfittex dejjem li jwettaq il-ġustizja: ċiviltà ta’ mħabba. Imma ma jfittixhiex  bil-meżżi vjolenti. U hawn ninsabu fil-pożizzjoni tagħna l-iktar bla ħabi: ma nistgħux noħolqu l-paċi bil-vjolenza, il-paċi bil-gwerra. Ma nistgħux noħolqu l-ġustizzja bil-vjolenza: din hija inġustizzja. Dawk kollha li ħadu t-triq tal-vjolenza raw li din ma twassalx għall-ġustizzja. Toqtol bniedem, tneħħi l-ħajja ta’ persuni nnoċenti –, għaliex l-idejoloġija tgħid li hemm bżonn teqred is-sistema, ma jimpurtax jekk xi wħud ikunu nnoċenti, għaliex is-sistema hija kattiva u allura hemm bżonn tinqered din is-soċjetà. Dan hu bla dubju mod ta’ kif taħseb żbaljat: ma tistax toħloq il-ġid bid-deni. Aħna nittamaw li dawn il-programmi foloz iċedu għal program iktar ġust, rispettuż tal-persuna u tal-valuri fundamentali tal-umanità, u fost dawn, naturalment, il-ħajja. Hekk hu, nillimita ruħi  għal din it-tweġiba li mhix suffiċjenti imma hija biss ċirkuskritta għal dan il-waqt.

Naħseb li matul din is-sena se jkollna iktar possibiltajiet u iktar okkażjonijiet  biex nitkellmu dwar dawn il-problemi. L-1985, kif ftakartu intom, kienet proklamata mill-ONU  “Sena internazzjonali taż-żgħażagħ”; il-Knisja naturament trid tieħu sehem bil-kriterji u l-metodi tagħha, f’din l-inizjattiva: l-ewwel pass kien nagħmul mal-messaġġ tal-ewwel tas-sena, imma se nerġgħu nagħmlu passi oħra hawn f’Ruma u postijiet oħra. Hemm bżonn nikkosagraw iktar attenzjoni, iktar riflessjoni, iktar talb għaż-żgħażagħ, għal dawk iż-żgħażagħ li qegħdin diġa jħejju ruħhom għat-tielet millennju.

Intemm hawn dawn it-tweġibiet tiegħi, imma nittama li wkoll jekk improviżati, dawn jistgħu jkun fihom ftit dawl. Biex nispiċċa nawgura lil din il-parroċċa biex twieġeb b’titlu sħiħ li hi mkabbra bih, dak tal-perseveranza. Kultant jakkużawna ż-żgħażagħ li maħniex biżżejjed perseveranti, li niżviluppaw entużjażmi kbar għall-idejali imma li ma nwassluhomx għat-twettiq tagħhom. Il-perseveranza hija virtù                                          kbira. Fiż-żgħożija jimbena dak kollu li hu deċiżiv fil-ħajja imma rridu perseveranza biex inkomplu sewwa għaliex il-ħajja hija binja kompluta, dar li trid tiġt żviluppata bil-mod il-mod. Intom iż-żgħażagħ intom fit-tieni sular, Jien issa ninsab fis-sitta jew fis-sebgħa: nawguralkom li titilgġu dejjem iktar ‘il’ fuq. U nberikkom b’qalbi kollha”.

© Copyright 1985 – Libreria Editrice Vaticana

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?