Omelija ta’ Ġwanni Pawlu II waqt ċelebrazzjoni komunitarja mal-morda fil-Bażilika Vatikana

ĊELEBRAZZJONI KOMUNITARJA MAL-MORDA
FIL-BAŻILIKA VATIKANA

OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II

Festività liturġika tal-Beata Verġni Marija ta’ Lourdes
It-Tnejn, 11 ta’ Frar 1985

“Bħalma omm tfarraġ lil binha,, hekk jiena nfarraġ lilkom” (Iż  66, 13.3).

Għeżież tiegħi morda!

1, B’dan il-kliem rassikuranti tal-profeta Iżaija, li smajna fl-ewwel qari ta’ din iċ-ċelebrazzjoni ewkaristika ad unur tal-Beata Verġni Marija ta’ Lourdes, nesprimilkom it-tislima ta’ mħabba tiegħi u l-gratitudni profonda għar-rigal tal-preżenza tagħkom, hekk prezzjuża għall-Knisja li hija msejħa biex tkompli l-opra tas-salvazzjoni f’nofs id-dinja; intom infatti bid-dulur tagħkom tippurifikaw il-Knisja u tistampaw fuqha qawwa speċifika fl-azzjoni feddejja tagħha.

Insellem minn qalbi wkoll li dawk kollha li mhumiex hawn: lir-reliġjużi nisa u rġiel, lit-tobba, l-infermieri, il- dawk li jġorru l-istreċers u lill-kollaboraturi l-oħra kollha u l-“helpers” li, li ggwidati mid-diriġenti tal- UNITALSI, kull sena iġeddu hawn fil-bażilika din ix-xhieda ta’ karità u ta’ solidarjetà nisranija; insellem similment lid-diriġenti tal-Opera romana pellegrinaggi, li għandhom il-mertu li taw bidu, snin ilu, għal din il-laqgħa annwali u llum jinsabu hawn bi gupp folt ta’ membri tal-istess għaqda.

Lilkom ilkpll ngħrdilkom: “Lilkom grazzja u sliem bil-kotra” (1 Pt 1, 2), waqt li nawguralkom li din iċ-ċelebrazzjoni liturġika tkun waqt qawwi ta’ talb u ta’ riflessjoni biex dejjem tifhmu aħjar l-importanza tal-missjoni delikata maġemb dawn ħutna morda li huma il-l-partijiet sofferenti ta’ Kristu msallab.

2. Illum niftakru li hija t-tifkira tal-ewwel dehra tal-Beata Verġni Marija lil Santa Bernardetta Soubirous fil-grotta ta’ Massabielle, f’ Lourdes. Dehriet oħra numerużi segwew, li fis-segwenza tagħhom Santa Bernardetta saret il-fiduċjanti, il-kollaboratriċi u l-istrument tal-attenzjoni materna tal-Verġni għall-estensjoni tal-opra salvatriċi tal-ħniena ta’ Binha.

Fir-rigward ta’ din is-salvazzjoni huwa ferm sinifikattiv dak li l-Beata Verġni qalet liċ-ċkejkna bassara fost it-tant messaġġi afdati lilha: “Jiena ma nwegħdikx li nagħmlek kuntenta f’din id-dinja, imma fl-oħra”. Il-Madonna b’dan il-mod assoċjat lilha nfisha fil-misteri dolorużi tal-passjoni ta’ Binha, U infatti il-ħajja kollha tal-qaddisa kienet profondament immarkata bid-dulur u bit-tbatija. Is-salib ta’ Kristu kien is-sors tal-ispirazzjoni kontinwa tagħha matul il-ħajja tagħha reliġjuża fil-kongregazzjoni tas-Sorijiet tal-Karità u tal-Istruzzjoni nisranija ta’ Nevers; kien is-sigriet tas-suċċess fit-triq tal-perfezzjoni nisranija. Esprimiet, fin-noti spiritwali tagħha: “Salib ftas-Salvatur tiegħi, salib qaddis, salib adorabli, fik biss jiena nqiegħed saħħti, it-tama tal-ferħ tiegħi. Inti s-siġra tal-ħajja, it-taraġ misterjuż li jgħaqqad l-art mas-sema u l-altar li fuqu irrid nissagrifika ruħi, billi nmut għal Ġesù” (S. Bernardetta Soubirous, Note Intime, p. 20).

3. Imma minkejja li sejħilha għas-sofferena redentriċi, il-Mulej ma ħallihiex nieqsa mill-konsolazzjonijiet u l-ferħ purissmi li huwa jirriserva għall-erwieħ l-iktar ġenerużi. Għal dawn hija wkoll setgħet tirripeti mal-appostlu Pawlu: “Bħalma joktru fina s-sofferenzi ta’ Kristu, hekk ukoll permezz ta’ Kristu joktor fina l-faraġ” (2 Kor 1, 5). Ġesù ewkaristiku kien jikkostitwixxi l-faraġ tagħha, il-mistrieħ tagħha u l-abbandun ragħha: “Ġesù jagħtini qalbu, jiena mela qalb ma’ qalb ma’ Ġesù, ħabiba ta’ Ġesù jiġifieri Ġesù ieħor” (S. Bernardetta Soubirous, Note Intime, p. 14).

Dan huwa l-ferħ imwiegħed lill-qaddisin u lill-erwieħ fidili! Dan huwa l-ferħ li smajna fl-ewwel qari: “Aqbżu bil-ferħ . . . intom ilkoll li qsamtu swied il-qalb magħha” (Iż 66, 10). Dan huwa l-ferħ imħabbar mill-Madonna fil-Vanġelu tallum: “L-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla, salvatur tiegħi” (Lq 1, 47). Il-kristianeżmu huwa mlibbes bid-dulur u bil-ferħ, tal-passjoni u tal-qawmien mill-imwiet.

4. Għeżież morda, kunu afu tilqgħu dan il-messaġġ spiritwali li llum jiġi għandkom mill-festa tal-Beata Verġni ta’ Lourdes u li jistà jinġabar fil-kliem tal-appostlu Pietru: “Imma ifirħu, għax b’hekk intom qegħdin tissieħbu fit-tbatijiet ta’ Kristu, biex iktar tifirħu u tithennew” (1 Pt 4, 13). Il-Verġni Santissma li nqimu fil-misteru tad-dehriet tagħha f’Lourdes, ikunilna f’dan ta’ eżempju manifiku. Hija tinsab wieqfa f’riġlejn is-salib, assoċjata b’mod prominenti mas-sagrifiċċju ta’ Binha, hija hi l-Omm tad-duluri. Imma hija hi wkoll miftuħa għall-ferħ tal-qawmien; u mtellgħa, ġisem u ruħ, għall-glorja tas-sema. L-ewwel krejatura mifdija, immakulata sa mill-konċepiment, hija hi t-tip perfett tal-Knisja terrena u ta’ dik igglorifikata.

Hija għalhekk tħeġġiġna għall-kuraġġ u għall-fiduċja, u tfakkarna li ma jasalx il-ferħ mingħajr ma ngħaddu mill-mogħdija obbligata tat-tbatija: “per crucem ad lucem”. Ħajjitkom mhix differenti minn dik tal-Madonna u ta’ Santa Bernardetta; ħarsu lejha b’għajnejkom stess, Il-mard mhuwiex fatalità inutli; mhuhiex xiħaġa li taħqar bla ma tħalli xejn pożittiv. Bil-maqlub, jekk imġarrba f’komunjoni ma’ Kristu ssir nixxiegħa ta’ tama, ta’ salvazzjoni u ta’ qawmien għalikom u għall-umanità kollha kemm hi.

Ukoll intom ilkoll, ħuti hawn preżenti flimkien mal-morda għeżież, li kellkom ix-xorti li tmorru bħala Pellegrini f’Lourdes,  f’dik iċ-ċittadella privileġġjata ta’ Marija, tafu tajjeb kif u kemm dan il-messaġġ speċifiku tal-Madonna huwa fertili bi grazzji, b’konverżjonijiet u b’għanijiet qaddisa. Fittxu li tassorbu dejjem iktar l-ispirtu u li tinterjorizzaw l-esiġenzi; ixhduh b’kondotta ta’ ħajja li tkun tassew denja ta’ Ommna ċelesti.

5. Illum jaħbat għeluq is-sena mill-pubblikazzjoni tal-ittra apostolika tiegħi Salvifici doloris, dwar id-dulur uman, li seħħet appuntu fil-11 ta’ Frar 1984. F’attwazzjoni ta’ xi każijiet li din esprimiet, jiena ħtart, fil-ġurnata tallum. Kummissjoni Pontifiċja għall-pastorali tal-operaturi sanitaeji, li għandha r-responsabiltà li tikkoordina l-istituzzjonijiet kollha kattoliċi impenjati fil-kura tal-morda. Din l-Istituzzjoni l-ġdida trid tkun espressjoni ħajja tal-interess tal-Knisja għal min qiegħed ibati.

I problemi, i bisogni, le aspettative, che emergono dal vasto continente della sofferenza umana, sono molteplici e urgenti. Occorre prendere atto con sempre più vigile coscienza, per farvi fronte con risposte tempestive ed efficaci. Il mondo cristiano ha sempre mostrato viva sensibilità verso i malati, nei quali Cristo ha voluto identificarsi (cf. Mt 25, 36). Questa sensibilità chiede, oggi, di mostrarsi in un modo più organico e qualificato, in sintonia del resto con i nuovi assetti che la società è andata assumendo sia a livello nazionale che internazionale. Occorre stimolare e promuovere l’opera di formazione e di studio che le diverse istituzioni cattoliche svolgono in campo sanitario; occorre diffondere e difendere gli insegnamenti della Chiesa in questa materia; occorre soprattutto suscitare e coordinare le energie vive presenti nella Chiesa, perché si volgano con rinnovato spirito di servizio verso le sorelle e i fratelli colpiti dalla malattia, vedendo in essi le membra di Cristo sofferente. Con queste finalità nasce il nuovo organismo della Santa Sede, che muove proprio oggi i suoi primi passi, sotto la guida del cardinale Edoardo Pironio, presidente, e dell’arcivescovo Fiorenzo Angelini, propresidente. Vi invito a pregare perché la nuova Pontificia commissione possa raggiungere pienamente il suo scopo, quello cioè di migliorare ed estendere l’assistenza materiale e spirituale che la Chiesa da sempre promuove in favore dei malati.

Questi voti e queste speranze vogliamo ora deporre, sull’altare, dove rinnoviamo il sacrifico eucaristico, perché salgano al Signore come offerta a lui gradita, a gloria di lui e a nostra redenzione.

Amen.

© Copyright 1985 – Libreria Editrice Vaticana

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?