ĊELEBRAZZJONI EWKARISTIKA FIL-PARROĊĊA RUMANA
TAL-ASSUNZJONI TA’ MARIJA SANTISSIMA AL TUSCOLANO
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Il-Ħadd, 10 ta’ Frar 1985
1. Insellem kordjalment lill-komunità tal-parroċċa Rumana, ġo via Tuscolana, iddedikata lill-Assunzjoni tal-Beata Marija Verġni.
Il-misteru tal-fidi li l-komunità tagħkom għażlet bħala titolu tal-knisja tagħha, ikellem lil kull wieħed u waħda dwar Marija, Omm meqjuma tal-Iben ta’ Alla u fl-istess ħin Omm kull wieħed u waħda minna. Għall-merti tal-Iben, hija kienet “mimlija bil-grazzja” minn l-ewwel waqt tal-konċepiment tagħha: Immakolata Konċezzjoni u, bħala Omm tal-Irxuxtat, żvolġiet funzjoni ta’ xhieda partikolari tal-qawmien mill-mewt tagħha. Mgħaqqda mas-Santissima Trinità bir-ruħ u bil-ġisem fis-sema, Marija ma tiqafx tieħu ħsiebna bħala wliedha: bħala wlied maskili u femminili addottivi ta’ Kristu Ġesù.
It-tlugħ tagħha fis-sema ikellimna ugwalment dwar din id-destinazzjoni għall-ħajja eterna glorjuża, li f’Ġesù Kristu tiġi pparteċipata minn kull wieħed u waħda minna. B’dan il-mod Marija mtellà s-sema hija ispirazzjoni inċessanti għalina lkoll “ulied itturrufnati ta’ Eva”, biex norjentaw it-toroq ta’ qlubna lejn Alla. U l-qalb tal-bniedem hija bla sabar sakemm ma tistriħx f’Alla, kif jgħid Santu Wistin (S. Agostino, Confessiones, 1, 1).
2. Il-qari tal-Vanġelu skont San Mark jurina lil Ġesù Kristu fit-talb; “Lgħada filgħodu kmieni, qabel ma żernaq, qam, ħareġ u mar f’post imwarrab u qagħad hemm jitlob” (Mk 1, 35).
Spiss kien jagħmel hekk, dan jixhduh l-evanġelisti kollha. Spiss kien jgħaddi ljieli sħaħ fit-talb. U liema kien it-talb tiegħu huwa tassew diffiċli tesprimi, jista jkun li nafu aħjar it-talb tiegħu il-Ġetsemani u mbagħad l-aħħar kliem ta’ Kristu fuq is-salib. X’kien it-talb ta’ dak li wkoll bħala bniedem kien tassew Bin Alla: il-Verb tal-istess sustanza tal-Missier? Bla dubju ma kien hemm qatt ħadd fl-istorja tal-bniedem fuq l-art, li talab bħal Kristu, Ħadd! Ħadd li hekk bħalu kien jingħaqad mal-Missier fl-Ispirtu Santu fit-talb. Dan it-talb jibqà misteru tal-fidi, radikat fil-mod l-iktar strett fil-misteru tal-inkarnazzjoni u tar-redenzjoni.
It-talb ta’Ġesù Kristu jkompli jiżvolġi fil-Knisja tiegħu. Huwa stess jitlob għalina lkoll, ħutu maskili u femminili. Jitlob ukoll fina. U jitlob ukoll fina. U jitlob magħna.
3. Nafu li l-appostli, li iktar minn darba kienu xhieda indiretti tat-talb tal-Imgħallem u tad-djalogi tiegħu mal-Missier (“Abbà”), talbuh: “Mulej, għallimna nitolbu” (Lq 11, 1). U Ġesù għallem lill-appostli: “Missierna”, Għallem lill-appostli – u permezz tagħhom lill-Knisja u lill-umanltà – it-talba tiegħu: “Missierna”. It-talba tiegħu saret tagħna, bħallikieku Missieru sar “Missierna”. F’din it-talba hemm miġbur dak kollu li huwa essenzjali għall-komunjoni tagħna ma’ Alla u mal-proxxmu, u li hu l-iktar importanti għas-salvazzjoni tad-dinja. Fi kwalunkwè mod li nitolbu, ikun xi jkun il-kliem li nużaw meta nduru lejn Alla u meta nitkellmu miegħu b’mod devot, kull waħda minn dawn it-talbiet tiġi rradikata, sa ċertu punt, fit-talba tal-Mulej, fil-“Missierna”. U jirriżulta minn din it-talba.
Għal dan jirreferi b’mod partikolari l-paragun tad-dielja u l-friegħi; waqt li nitolbu, qiesna friegħi imdeffsa f’Ġesù Kristu u fit-talba tiegħu u b’dan il-mod it-talba tagħna “tagħmel il-frott” (cf. Ġw 15, 2).
U, fl-stess ħin, din hija dejjem vuċi tal-qalb umana: ta’ dik il-qalb li m’għandiex kwiet sakemm tistrieħ f’Alla. B’dan il-mod ukoll fuq ix-xefaq tat-talb tagħna jidher il-misteru tal-Assunzjoni fis-sema ta’ Marija: il-quċċata tal-elevazzjoni tal-ispirtu uman lejn Alla u tal-għaqda miegħu.
4. Xinhi mela l-parroċċa?
Xinhi l-parroċċa tagħkom iddedikata lill-Assunzjoni? Hija, l-ewwelnett, komunità ta’ talb. U hija hekk, mhux biss meta, miġburin fi knisja, titolbu flimkien, speċjalment matul il-liturġija jew waqt il-quddiesa, imma wkoll meta titolbu fi djarkom, fil-familja, fil-postijiet tax-xogħol u wkoll waqt il-mistrieħ barra djarkom, tkunu fejn tkunu . ..
Huwa mportanti li titolbu fil-postijiet differenti u b’modi differenti: “Għandkom dejjem titolbu bla ma taqtgħu” (cf. Lc 18, 1), kif jgħid il-Mulej Ġesù.
Huwa ferm important it-talb fil-komunità familjari: it-talb tal-ġenituri mal-ulied, it-talb komuni tal-miżżewġin, u minn qabel it-talb bejn l-għarajjes. Fuq kollox permezz tat-talb, il-familja tinbidel fi “Knisja domestika”, li l-kittieba nsara antiki kienu jsejħulha appuntu “ecclesiola”, knisja ċkejkna.
Imma mhux il-familja biss. Kull bniedem. Kull nisrani huwa, skont il-kliem tal-appostlu, “tempju ta’ Alla”, u għalhekk il-kustjoni-muftieħ hija” li kull bniedem jitlob . . . , li ma jitbigħedx mit-talb, li ma jippermetti qatt lilu nnifsu jintrebah mit-tentazzjoni li ma jitlobx, mill-għass spiritwali . . ., li jirritorna għat-talb, ukoll akkost ta’ sforzi iktar kbar.
Propju hekk: hija l-kustjoni-muftieħ li , ħajjitna nisranija, għall-ħajja umana.
U t-talb huwa wkoll id-dimensjoni fundamentali tal-parroċċa. Il-parroċċa hija qabel kollox komunità ta’ dawk li jitolbu. U wkoll – u għandha tkun – skola ta’ talb. Għandha tiżviluppa fiha r-rikkezza kollha tal-forom tagħha u tad-drawwiet tagħha. Il-parruċċani għandhom ikunu jafu t-talb orali, it-talb kantat – skont il-possibiltà tagħhom – għandhom ikunu jistgħu jiggustaw it-talb mentali, it-talb intern.
5. It-talb huwa wkoll l-apostolat ewlieni u fundamentali tal-komunità nisranija, apostolat tat-talb u apostolat tal-parroċċa permezz tat-talb.
U minn dan titnissel ukoll l-evanġelizzazzjoni kollha tal-parroċċa: ir-responsabiltà għall-Vanġelu, li dwarha jitkellem illum fl-Ittra lill-Korintin, San Pawl: “Ħażin għalija jekk ma nxandarx l-Evanġelju” (1 Kor 9, 16).
Permezz tat-talb, ukoll permezz tat-talb ħerqan, nisrani, saċerdot, persuna kkonsagrata, lajk jistà, bħall-appostlu tal-ġnus “jagħmel kollox lil kulħadd” (cf. 1 Kor 9, 22). Bla talb ninxfu minn ġewwa, ningħalqu fil-limiti mudlama tal-“egoiżmu” propju jew fl-egoċentriżmu, “nitilfu ruħna” mhux nirbħu oħrajn għas-salvazzjoni, għas-saltna ta’ Alla, għall-ġid, għall-paċi, għall-ġustizzja u għall-imħabba.
6. Ġesù li jitlob huwa dak stess li jieħu fuqu d-dgħufijiet tagħna, jagħmel tiegħu l-mard tagħna, u “jfejjaq il-qlub maqsuma” (Sal 147, 3).
Il-qari tal-liturġija tallum, b’mod partikolari l-ewwel qari, tal-ktieb ta’ Ġobb, u s-salm responsorjali jġegħluna nirriflettu ħafna dwar is-sofferenza: dwar is-sofferenza umana multipla.
“Ħajjet il-bniedem mhix forsi xogħol bilfors fuq l-art?” (Ġb 7, 1) Jistaqsi Ġobb ladarba dan l-isforz u din it-taqtiha donnhom issa huma telfa totali u disfatta. Madankollu, propju dak iż-żmien – fis-sofferenza, fil-prova – dik il-“battalja tajba” terġa tibda, u l-arma ewlenija tagħha ssir mill-ġdid it-talb. Din tippermettilna li niksbu r-rebħa spiritwali, tgħallimna infatti mill-intimu l-qawwa feddejja tas-sofferenza f’għaqda ma’ Kristu msallab, bniedem tad-duluri.
Din hija mill-ġdid id-dimensjoni fundamentali tal-ħajja u tal-apostolat tal-komunità parrokkjali. Il-qawwa ta’ Alla, infatti. Turi ruħha b’mod partikolari fid-dgħufija u propju ta’ din il-qawwa għandhom bżonn mhux biss il-parroċċa, imma wkoll il-Knisja kollha u d-dinja kollha.
7. Għeżież ħuti tal-parroċċa tal-Assunzjoni, ilqgħu din il-kelma tal-Isqof tagħkom, imnissla mill-fidi u mill-esperjenza nisranija.
Nixtieq nuża din iż-żjara biex naqsam magħkom din il-verità l-iktar sempliċi u fl-istess ħin l-iktar importanti. Naf kif il-parroċċa tagħkom – flimkien ma’ tant ambjenti ekkleżjali oħrajn – ġarrabtu xi kriżi minħabba sens mifhum ħażin ta’ rinnovament. Imma l-Ispirtu tal-Mulej, li qatt ma jabbanduna l-Knisja tiegħu, illum iġgħelna nilmħu sinjali ġodda ta’ tama, li juruna r-riżultati awtentiċi tal-Konċilju u t-triq tal-veru rinnovament. Għad fadal fenomeni ta’ inċertezza, imma hemm bżonn li ma naqtgħux qalbna. Ma għandniex nibżgħu mid-dgħufija tagħna, meta rridu nwettqu sinċerament ir-rieda ta’ Alla, għaliex nafu li allura huwa magħna.
Nafu, b’mod partikolari, dwar ir-rifjoratura, fil-parroċċa tagħkom, dwar l-imħabba għat-talb, speċjalment fost iż-żgħażagħ. Din hija ħaġa tassew tajba. U twieġeb pjenament għal dak li għadni kemm għidt dwar l-importanza tat-talb fil-komunità parrokkjali, fil-gruppi tagħha, fil-familji tagħha, fil-persuni singolari. Komplu hekk ‘il quddiem. It-talb umli, sinċier u żelanti, personali u komunitarju, fl-osservanza reliġjuża tan-normi ekkleżjali fuq il-liturġija, huwa iż-żerriegħa ta’ kull inizjattiva kbira ta’ karità, il-bidu ta’ kull tiġdid spiritwali awtentiku, id-difiża kontra kull periklu għal ruħna. It-talb huwa r-ruħ tal-parroċċa.
8. Issa nixtieq insellem kordjalmrnt lil dawk kollha preżenti: il-kardinal vigarju, il-kappillan mal-presbiterju, ir-reliġjużi nisa, il-kunsill pastorali, id-diversi gruppi parrokkjali, il-familji, l-anzjani, iż-żgħażagħ, it-tfal, lil kulħadd. Wasslu it-tislima u l-barka tal-Papa wkoll lil dawk li, għal raġunijiet differenti ma setgħux jiġu, speċjalment lill-morda. Għidu lil dawn tal-aħħar li l-Papa jorbot ħafna fuq it-talb tagħhom.
Nafda lill-parroċċa tagħkom lill-protezzjoni materna tal-Verġni Santissma: ejjew inħarsu b’għajn il-fidi lejn il-misteru tal-Axxensjoni tal-Ġenitriċi ta’ Alla.
F’dan il-misteru Marija tiħaq il- milja assoluta tat-talb, il-quċċata tal-għaqda ma’ Alla.
Bil-preżenza spiritwali tagħha fost dawk kollha li jappartienu lill-parroċċa lilha ddedikata, issir tifkira kontinwa u inkuraġġiment għat-talb.
“Għandhom jitolbu dejjem, bla ma jaqtgħu” (cf. Lq 18, 1).
It-talb huwa triq.
Fuq din it-triq titwettaq il-vokazzjoni terrena u speċjalment definittiva tal-bniedem, għaliex ruħna hija bla sabar sakemm ma tistriħx f’Alla.
Laqgħa mad-diversi gruppi
Lit-tfal:
Issa ejjew nagħmlu ftit ġografija. Il-ġimgħa l-oħra, għaxart ijiem ilu, jiena sibt ruħi f’Belt jisimha Lima. Fejn hi din il-belt? Fejn? . . . Iva, fil-Peru, bravi. Ġimagħtejn ilu, il-Ħadd, jiena kont Caracas. Fejn hi din il-Belt? Fil-Venezuela. Bravi, qed nara li fil-ġografija kollox sew. Iva, żort tliet Pajjiżi wara l-Venezuela: l-Ekwador, il-Peru, imbagħad fl-aħħar, waqt li ġej lura, Trinidad. B’liema kungwa kelli nitkellem hemm? . . . Iva, bravi, bl-Ispanjol, speċjalment l-Ispanjol; fi Trinidad iżda bl-Ingliż. Matul dan il-vjaġġ iltqajt ma’ ħafna tfal, bħalkom, żgħażagħ, ħafna żgħażagħ. Imma naturalment dawn kienu żjajjar qosra. Il-program kien dejjem imfawwar ħafna. Issa tlett ijiem ilu, irġajt lura Ruma biex niġi, illum il-Ħadd, f’parroċċa Rumana, tagħkom, li tkkostitwixxi parti mill-Knisja ta’ Ruma tad-ijoċesi ta’ Ruma. Issa rrid nistaqsikom għaliex l-Isqof ta’ Ruma jagħmel dawn il-vjaġġi? Venezuela, Peru, Ekwador . . ., Għaliex? della diocesi di Roma. Adesso io vorrei domandarvi perché il Vescovo di Roma fa questi viaggi? Venezuela, Perù, Ecuador . . . Perché? [“Biex iġib il-Paċi . . . biex ikun jaf il-bnedmin kollha . . . biex ixandar lil Ġesù fid-dinja kollha”, kienu ftit mit-tweġibiet imwerżqa mit-tfal]. Iva, it-tweġibiet tagħkom kollha tajbin imma jridu jkunu kompluti. Jien nagħmel dawn iż-żjajjar għaliex ħuti, l-isqfijiet, jistednuni. U jistednuni għaliex l-Isqof ta’ Ruma għandu responsabiltà speċjali fil-Knisja universali. Fil-Knejjes kollha li jikkostitwixxu l-Knisja kattolika l-Isqof ta’ Ruma għandu responsabiltà għaliex huwa s-suċċessur ta’ San Pietru. Kif Pietru appostlu kellu din ir-responsabiltà fost it-tnax l-appostlu, hekk ukoll l-Isqof ta’ Ruma, is-suċċessur tiegħu, għandu r-responsabiltà speċjali tiegħu fost l-isqfijiet. Hekk hu, fil-qosor ħafna, għamilma ftit ġografija u fuq kollox għamilna ftit ekklesjoloġija.
Xinhi l-ekklesjoloġija? Hija dik il-parti tat-tejoloġija li tittratta l-Knisja. Meta aħna nagħmlu l-istqarrija tal-fidi, ngħidu wkoll, “Nemmen fil-Knisja waħda qaddisa kattolika u apostolika”; hija din parti mit-tejoloġija li tinteressa l-Knisja. Bla dubju, meta jiena nmur minn hawn, inħalli l-Knisja ta’ Ruma. Imma ful-Knisja ta’ Ruma hemm il-kardinal vigarju. Intom tafuh sewwa, jinsab hawn maġembi. Ikun hu li jieħu ħsieb il-Knisja ta’ Ruma, tad-dijoċesi ta’ Ruma. Huwa l-eqreb kollaboratur tiegħi. Nista ngħidilkom li l-kardinal vigarju jaf ħafna aħjar minni d-dijoċesi tagħna. Għarfien li jien ukoll nipparteċipa fli niehu l-inkarigu tar-responsabiltà fundamentalment tad-dijoċesi ta’ Ruma.
Irrid niferħilkom, għaliex meta rajrkom u sellimtuli intbaġt li intom ilkoll insara, intom imgħammda; ħafna minnkom, bħat-tfajjel li kellimni, qegħdin tħejju ruħkom għall-ewwel Tqarbina. Ħafna oħrajn iżda qegħdin iħejju ruħhom biex jirċievu s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Dawn it-tliet sagramenti, Msgħmudija, Tqarbin u Griżma, nirċevuhom speċjalment fl-età żagħżugħa, fl-età tagħkom, u jissejħu sagramenti tal-inizjazzjoni nisranija. Dan ifisser li permezz ta’ dawn is-sagramenti tarbija, tifel, żagħżugħ, raġel, jiġi ntrodott fil-misteri kbar tal-fidi, misteri rivelati minn Alla, rivelati b’mod speċjali minn Ġesù Kristu u mgħallma sistematikament mill-Knisja. Dawn il-misteri, dawn il-veritajiet mhumiex biss biex inkunu nafuhom imma huma biex ngħixuhom. Inizjazzjoni infatti tfisser titgħallem biex tgħix ir-realtà tal-fidi tagħna, il-misteri tal-fidi tagħna. Tgħix ir-realtà tal-fidi tagħna jfisser tgħix il-ħajja divina li Alla Missier offrilna f’Ġesù Kristu. Għal dan huwa mportanti derm il-oerjodu li fih tħejju ruħkom, diġa bħala mgħammdin. Għall-ewwel Tqarbina, għall-Griżma. Huwa ferm important, fundamentali. Naturalment dan tagħmluh fl-età ġovanili. Imma wkoll fl-età adulta wieħed għandu jkompli japprofondixxi l-għarfien tal-veritajiet tal-ħajja nisranija, u jkompli dejjem is-sehem fil-ħajja sagramentali, għall-ħajja soprannaturali. U mhux dan biss għandhom jagħmlu l-adulti bħall-ġenituri tagħkom, il-katekisti, is-saċerdoti: huma għandhom ukoll jgħinu liż-żgħar u wkoll lil dawk ta’ imparhom biex imorru ‘l quddiem fil-fidi. Hekk tgħix il-Knisja fl-Ewropa, hekk tgħix fl-Ekwador, fil-Venezuela, fil-Perù, fi Trinidad. U hekk tgħix f’Ruma li hija ċ-ċentru tal-Knisja kollha universali kattolika.
Issa rrid noffrilkom, flimkien mal-kardinal vigarju u mal-isqfijiet hawn preżenti, barka lilkom, lill-familji tagħkom u lil dawk kollha li jikkollaboraw għall-inizjazzjoni nisranija taż-żgħażagħ ta’ din il-parroċċa.
Lill-gruppi ta’ impenn lajkali
Intom il-ħmira tal-massa, il-ħmira li tkabbar kristjanament din il-massa kbira ta’ persuni li tgħix fil-parroċċa tagħkom. Lill-gruppi kollha irrid nindirizza kelmti ta’ awgurju, sabiex tkunu gruppi fruttużi. Nawgura frott abbundanti tat-talb u ral-apostolat speċifiku tagħkom. Nawguralkom li tkunu l-ħmira fil-massa. Il-parroċċa tagħkom hija massa konsiderevoli biżżejjed bl-għoxrin elf persuna tagħha. U allura tinħtieġ bosta ħmira. Nawguralkom li tkabbru kristjanament din il-massa fi Knisja ħajja. Nawgura l-ġid kollu lill-familji tagħkom u lill-persuni tagħkom.
Lill-Katekisti
Intm tiżvolġu xogħol fundamentali għall-ħajja tal-Knisja, għaliex fl-evanġelizzazzjoni il-katekeżi hija dejjem l-ewwel xogħol. Naturalment, għandha diversi dimensjonjiet: hija katekeżi missjunarja u katekeżi tal-Knisja diġa mwaqqfa, diġa radikata fis-sustanza ekklesjoloġika u sagramentali tagħha. Hekk hija l-Knisja ta’ Ruma wara elfejn sena. Hekk għandu jkun. Imma l-Knisja għandha bżonn dejjem tal-katekeżi u għandha bżonn ta’ tant katekisti, mhux biss katekiti saċerdoti, sorijiet, imma katekisti lajċi. Nara li f’Ruma hawn ħafna katekisti lajċi u niżżi ħajr lill-Mulej għal dan id-don,, għad-don tal-katekisti voluntarji, li jridu mhux biss jitgħallmu l-kelma ta’ Alla, l-Iskrittura Mqaddsa, il-maġisteru tal-Knisja, imma jridu wkoll jitteamettu dan kollu, jintroduċu liż-żgħażagħ għal dan speċjalment meta jkunu waslu biex jitħajjew għas-sagramenti, Inħossni marbut personalment magħkom ilkoll għaloex l-opra tal-katekista fid-dijoċesi hija opra prinċipalment tal-isqof. Dawk kollha li jiżvolġuha jagħmlu dan flimkien miegħu, mas-saċerdoti, mal-parroċċi, imma fuq kollox flimkien ma’ l-isqof. Niżżikom ħajr għal dan ;-impenn tagħkom voluntarju u nawguralkom li l-kelma ta Alla tiffjorixxi fikom stess u mbagħad fl-oħrajn, f’dawn iż-żgħażagħ li ġew afdati lilkom. Nawguralkom li ssibu f’din il-kelma ta’ Alla dawl kbir. Huwa dejjem aħjar li timxi fid-dawl milli fid-dlam. Intom ipprivileġġjati. Iżżu ħajr lill-Mulej li ndikalkom it-triq biex issibu d-dawl, biex twasslu d-dawl. Ħafna jgħixu fid-dlam. Intom ipprivileġġjati. Iżżu ħalr lill-Mulej.
Lir-Reliġjużi
Intom il-persuni kkonsagrati u ġġorru f’qalbkom sinjal speċifiku tal- tal-preferenza tal-Mulej; infatti l-konsagrazzjoni tagħkom hija frott tal-konsagrazzjoni tiegħu. Hu li kien ikkonsagrat għas-salvazzjoni tad-dinja iħorr il-frott tal-konsagrazzjoni tiegħu fil-qlub tad-diversi persuni Huwa intom li waqt li tagħmlu l-apodtolat tridu ġġorru dan il-frott bħal teżor prezzjuż għall-qdusija tagħkom u għall-qdusija tal-oħrajn. Imbierek lil kull wieħed u waħda minnkom, lill-familji reliġjużi tagħkom; inbierek l-oqsma tal-apostolat afdat lill-kongregazzjonijiet tagħkom, hawn f’din il-parroċċa u fil-partijiet kollha tad-dinja.
Lill-Kunsill pastorali
Niżżikom ħajr ħafna għal din l-introduzjoni u għal din l-analiżi tassew adegwata dwar dak li hu l-kunsill pastorali fil-parroċċa, li hija ċ-ċellula fundamentali, organika tal-Knisja lokali u ta’ dik universali. F’dan l-istess konċett hemm bla dubju xi ħaġa ġdida, frott tal-eklesjoloġija tal-Vatikan II, li permezz tagħha hemm bżonn naqraw ir-realtà u x-xogħol tal-kunsilli pastorali. Il-Vatikan II jienfasizza bosta, fil-fidi ta’ kull nisrani, id-dimensjoni komunitarja u d-dimensjoni missjunarja. Il-Knisja hija missjunarja. Naturalment il-Knisja hija magħmula minn persuni, kull waħda minnhom għandha l-fidi tagħha li hija grazzja u li hija wkoll tweġiba għall-grazzja, anzi t-tweġiba hija l-grazzja. Imma għal din għal din id-dimensjoni personali, interna, tal-fidi jingħaqad fil-maġisteru tal-Vatikan II l-aspett komunitarju u missjunarju. Hekk l-insara kollha huma msejħa biex jieħdu sehem fil-missjoni tal-Knisja. Mhux biss biex iħossuhom membri, imma biex jieħdu sehem fil-missjoni tagħha. Naturalment, dan għandu jkun immaterjalizzat f’dimensjoni organika, jiġifieri fil-parroċċa. Mela l-lajċi għandhom irwol iktar attiv. Mhux iktar “il-Knisja passiva”, imma huma wkoll huma l-Knisja li twassal -osservazzjonijiet tagħha, l-esperjenzi tagħha, li twassal il-maturità speċifikatal-propja fidi biex tiżviluppa din iċ-ċellula u twassalha fit-totalità tal-ħajja parrokkjali biex tiżviluppa din iċ-ċellula organika tal-Knisja li hija l-parroċċa.
Hekk intom ilkoll, għeżież ħuti, intom involuti, kull wieħed u waħda bil-mod tagħkom u lkoll b’mod komunitarju, f’dik li hija l-parroċċa tagħkom. Intom sa ċertu punt speċjalment responsabli tal-parroċċa tagħkom, koresponsabli flimkien magħna l-isqfijiet, is-saċerdoti, il-kappillan tagħkom. Dan l-għarfirn li intom koresponsabli naturalment jarrikkixxi ħafna l-fidi tagħna, jirrendiha iktar responsabli. Aħna naraw din il-fidi mhux biss b’mod peivat, imma bħala inseriment fil-ġisem mistiku ta’ Kristu, biex ngħinuh jikber permezz tal-oħrajn li huma qribu u li huma wkoll membri tal-istess ġisem mistiku. Niżżikom ħajr għal dan l-inseriment tagħkom fil-parroċċa, għal dan l-impenn tagħkom speċifiku ħafna, responsabli. Nawguralkom frott speċifiku ta’ din il-missjoni tagħkom: li tagħtu pariri tajbin. Il-pariri tajbin huma ferm important għal kull attività umana, speċjalment għal attività ta’ tip pastorali, spiritwali bħal dik tal-parroċċa. Nawguralkom li ssibu approfondiment tal-fidi personali tagħkom, avviċinament lejn Kristu, sehem f’dik in-novità li wara l-Konċilju saret il-Knisja għall-istess insara.. Nawgura wkoll lill-parroċċa il-frott it-tajjeb tal-kollaborazzjoni, tal-koresponsabiltà ta’ dan il-kunsill pastorali.
Lill-kumitat tal-kwartier
Iffurmaw grupp tassew interessanti u jikkorrispondi sew ma’ dak li huwa l-indirizz tal-Vatikan II, għaliex il-Konċilju fit-totalità tiegħu ikkontempla l-Knisja fiha nfisha, fil-misteru tagħha, fl-istruttura ġerarkika tagħha, fid-diversi dimensjonijiet tal-poplu ta’ Alla; imbagħad, f’dokument ieħor, il-Gaudium et spes, ikkontempla l-Knisja u d-dinja. Dik id-dinja hawn tissejjaħ kwartier, li huwa d-dinja li fiha tgħix il-parroċċa tagħkom tal-Assunzjoni. Naħseb li l-inizjattivi u l-attivitajiet li ġew ippreżentati jistgħu jkunu modesti imma huma sinifikattivi. Nawguralkom li tkomplu u tiżviluppaw din l-esperjenza apostolika hekk kif inhu meħtieġ tkomplu l-esperjenza tal-kunsill pastorali li jikkorrispondi iktar għall-Knisja fiha nfisha, għall-parroċċa bħala tali. Hawn hija r-rabta bejn il-parroċċa u l-kartier. Sa ċertu punt wieħed jistà jgħid li dan il-kwariier huwa l-parroċċa. Min-naħa l-oħra, nafu tajjeb li mhux għal kollox hekk, li l-kwartier huwa ftit barra barra mill-parroċċa jew mhux għal kollox fil-parroċċa. Bla dubju huma diversi l-problemi li jmissu iktar il-kwartier milli l-parroċċa u ftuħ tal-parroċċa lejn il-kwartier huwa iktar mixtieq. Nawguralkom li tko,plu.
Lill-“vigili urbani”
Qatt ma kelli l-pjaċir li niltaqà mal-“Vigili urbani matul iż-żjajjar tiegħi lill-parroċċi Rumani, ukoll jekk iltqajna f’tant ċirkustanzi oħra bħal per eżempju fl-okkażjoni tal-festa tal-Immakulata fi Pjazza di Spagna. Il-preżenza tagħkom hawn iġġegħlni naħseb fil-kelma ta’ Kristu”Għassu”, li tadatta rużha bla dubju għalikom. Imma Kristu żied kelma oħra: “Għassu u itolbu”. Nawguralkom li wkoll din it-tieni kelma ssib spazju u attwazzjoni f’ħajjitkom, f’dik tal-familji tagħkom, Hemm bżonn nagħrfu, jien personalment nagħraf, importanza kbira għas-servizz soċjali tagħkom. Għal dan jiena niżżikom ħajr u nberikkom.
Liż-żgħażagħ
Għeżież, irrid l-ewwelnett niżżikom ħajr għall-preżenza tagħkom f’din il-parroċċa li tidher viżibli u sensibli. Wieħed jistà jħoss il-preżenza tagħko. Waqt il-quddiesa kien hemm riħ qawwi, imma wkoll b’dan ir-riħ stajna nħossu l-preżenza tagħkom u r-reżistenza tagħkom fit-talb u fil-kant. Żewġ punti huma qawwijin ħafna, it-talb u l-kant, li jmorru flimkien. Irrid imbagħad niżżikom ħajr għal-laqgħa; għall-gruppi artistiċi, speċjalment il-korijiet, Naf li hawn wieħed li jkanta fil-quddiesa tal-ħdax u ieħor li jkanta f’dik ta’ nofdinhar. Issa, irrid inkellimkom dwar ir-rabta ma’ dawk iż-żgħażagħ li ltqajt magħhom waqt iż-żjara apostolika tiegħi fl-Amerika Latina. Iltqajt ma’ eluf ta’ żgħżagħ kullimkiev, fit-toroq kollha, matul iċ-ċelebrazzjonijiet kollha, ukoll f’laqgħat speċifiċi: waħda mal-Veneżwalani f’Caracas, oħra fi Quito mal-Ekwasorjani, imbagħad fi Guayaquil fejn kien hemm grupp żagħżugħ iddedikat speċjalment lill-Madonna, u mbagħad grupp kbir ħafna, ikkalkulat li kien ilaħħaq żewġ miljun żagħżugħ, f’Lima, fil-Perù. Irrid insellem, min-naħa ta’ dawk iż-żgħażagħ, lilkom ilkoll, żgħażagħ ta’ Ruma, kif kullimkien wassalt it-tislima tar-Rumani, tal-Knisja ta’ Ruma. Wassalt it-tislima tagħkom lil dawk il-Knejjes li żort, lil dawk il-popoazzjonijiet, lil dak il-poplu ta’ Alla, fejn dejjem kien hemm iż-żgħażagħ.
Niżżikom ħajr ħana għall-kliem tal-kollega tagħkom li ddeskriva tajjeb ħafna l-irwol taż-żgħażagħ f’din il-parroċċa u l-aspettattivi tagħhom. Tkellem dwar id-diversi gruppi li jien stajt hekk nagħraf, ukoll għaliex niltaqà magħhom f’diversi parroċċi. Napprezza ħafna l-attivitajiet tagħhom, bħal per eżempju dik tal-gruppi scout u dik tal-movimenti u assoċjazzjonijiet differenti ġovanili. Npprezza b’mod speċjali l-gruppi li jħejje rużhom għall-ħajja sagramentali. Il-kappożillan tagħkom bosta drabi enfasizzali il-grupp ta’ wara l-Griżma. Jiena rrid inżid li dan il-waqt fil-ħajja taż-żgħażagħ huwa mportanti għaliex għandhom jirriflettu fuq l-importanza tal-Griżma. Jekk il-Magħmudija mogħtiha lilna l-insara iġġibna ngħixu fil-filjolanza divina, tagħmilna wlied Alla fi Kristu u tagħmilna nsara minn dak il-waqt tal-ewwel infanzja, meta ma jkun għad għandna ebda ħjiel tagħna nfusna, il-Griżma tagħmel minna insara imma b’karatteristika iktar speċifika. Tagħmel minna xhieda ta’ Kristu. L-ispeċufiku tal-Griżma huwa propju dak li ġġibna nagħtu xhieda ta’ Kristu. Hekk kif Kristu kien jgħid lill-appostli tiegħu: intom tkunu ix-xhied kullimkien, f’Ġerusalem, fis-Samarija, sa truf id-dinja. Hekk hu, din hija l-karatteristika tal-età tagħkom. Intom diġa maturi, maturi sagramebtalment, hemm bżonn tagħmlu minn kollox biex tkunu maturi, jiġifieri xhieda.
Stajt nara li hawn, f’din il-parroċċa, intom tassew xhieda ta’ Kristu. Ix-xhieda tagħkom tagħti ħajja lil din il-komunità parrokkjali. Imma hemm tant problemi tal-ħajja personali, tal-ħajja familjari, tal-ħajja soċjali, tal-ħajja professjonali. Itom issibu ruħkom quddiem diversi għażliet għall-futur ta’ ħajjitkom. Huwa mportanti li dawn l-għażliet ikunu ppenetrati mill-ispirtu tax-xhieda mogħtija lil Kristu, mill-ispirtu tal-Griżma. Mal-Griżma aħna mirċievu l-Ispirtu Santu, sa ċertu pubt tassew speċifiku, kif l-appostli kienu rċivewh fiċ-Ċenaklu f’jum il-Pentekoste. Intom ukoll irċivejtu mal-Griżma l-Ispirtu Santu biex tkunu bħall-appostli xhieda ta’ Kristu. Dan huwa l-program, il-program globali.. Fl-intern ta’ dan il-program għandkom issibu l-mixja personali ta’ kull waħda u wieħed minnkom. Naturalment biex tkunu xhieda ta’ Kristu tinħtieġu fidi soda, tinħtieġu konsistenza bejn il-fidi u l-imġieba etika. Dan huwa important. Aħna nagħtu xhieda lil Kristu permezz tal-imġieba tagħna, il-mod tagħna kif ngħixu, kif naġixxu, kif noperaw, Hemm bżonn konsistenza. Din il-konsistenza tal-insara hija l-qawwa tal-Knisja, hija l-qawwa tas-soċjetà. Is-soċjetà tħares lejn l-insara.Ejjew naraw dejjem iktar li s-soċjetà Taljana tħares lejn l-insara, tħares lejn il-Knisja. Jiddependi ħafna ill-konsistenza taż-żgħażagħ insara, kif il-Knisja tistà taqdi, illum u fil-futur, għall-ġid tal-komunità Taljana kif ukoll tad-dinja kollha.
Hekk hu, jiena nawguralkom li tkunu xhieda ta’ Kristu u li tkunu konsistenti fikom infuskom, fil-fidi tagħkom, fl-imġieba tagħkom, biex tkunu xhieda ta’ Kristu. Dan jagħtikom il-ferħ. Tkun nisrani huwa gost. Kristu dan qalu lill-appostli bosta drabi. Bosta drabi qal li hu jagħti l-paċi u l-ferħ lid-dixxipli tiegħu, lill-fidili tiegħu, u din il-wegħda ta’ Kristu titwettaq kullimkien, f’kull wieħed u waħda minna. Nawguralkom ukoll li tippossiedu dan il-ferħ li huwa propja tal-insara, tad-dixxipli ta’ Kristu, tax-xhieda ta’ Kristu.
© Copyright 1985 – Libreria Editrice Vaticana
