Sommarju tal-Ewwel Jum tal-Assemblea Djoċesana 2026

Illum ingħata bidu għall-Assemblea Djoċesana, li tiġbor f’sala waħda d-diversi uċuħ u ħidmiet tal-Knisja madwar ir-Ragħaj tagħha, l-Arċisqof. L-Assemblea hija mument ta’ dixxerniment flimkien u ta’ ħarsa ‘l quddiem.

Kollox beda b’mument ta’ talb sabiħ, animat minn saċerdoti, reliġjużi u lajċi. Ġie ppreżentat rendikont tal-ħidma li wettqet l-Arċidjoċesi mill-Assemblea tas-sena li għaddiet sal-lum. Segwa l-qsim tal-esperjenzi mill-Assemblei Djoċesani taż-Żgħażagħ u tat-Tfal, li din is-sena saru għall-ewwel darba.

Fil-messaġġ tiegħu, l-Isqof Awżiljarju rrifletta fuq il-ħidma tal-Knisja f’Malta fid-dawl tas-Sinodu Djoċesan u tad-diskors tal-Papa fl-Assemblea Djoċesana tad-Djoċesi ta’ Ruma.

Kien hemm ukoll qsim interessanti ta’ esperjenzi pastorali:

Dun Sean Abela, Kappillan tal-Imġarr, tkellem dwar l-Eżerċizzi għaż-Żgħażagħ “Remain”.

Is-Sur Mark Cachia tkellem dwar il-Kummissjoni għall-Promozzjoni tal-Iżvilupp Integrali tal-Bniedem u l-ħidmiet tagħha.

Bernie Fenech qasmet l-ħidma sfieqa li ssir mill-Malta Catholic Youth Network speċjalment dwar l-konferenza Plexus.

Filwaqt li Dun Sinclair Bugeja tkellem dwar il-Malta Bible Foundation u l-ħidma kontienwa tagħha biex il-Bibbja tkun aċċessibbli għal-kullħadd.

L-Arċisqof ikkonkluda l-ewwel jum tal-Assemblea bit-talba tal-Missierna u ta’ l-barka tiegħu lil dawk preżenti. L-Assemblea tkompli għada.

L-Arċidjoċesi ħeġġet lil dawk kollha interessati biex iżuru l-pjan pastorali fuq www.pjanpastorali.knisja.mt

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?