QUDDIESA GĦALL-ĠUBLEW INTERNAZZJONALI TAL-ISPORTIVIJ
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Stadio Olimpico
Il-Ħamis, 12 ta’ April 1984
Għeżież ħuti!
1. Matul din is-sena mqaddsa straordinarja ma setgħetx tonqos ix-xhieda ta’ fidi, murija wkoll minn dawk li huma l-protagonisti tad-dinja tal-isport, ta’ dan il-fenomenu uman u soċjali, li għandu tant importanza u impatt fid-drawwa u fil-mentalità kontemporanja. Huwa għalhekk mottiv ta’ ferħ kbir li nsib ruħi magħkom, irġiel u nisa ddedikati għall-isport, biex niċċelebraw il-Ġublew tar-Redenzjoni mwettqa minn Kristu bil-passjoni, il-mewt u l-qawmien mill-imwiet tiegħu.
Aktar