Wara żjara storika, l-Papa Franġisku jsellem lill-Iraq

It-Tnejn filgħodu, l-Papa Franġisku ħalla l-art ta’ Abraham, u b’hekk ġie fit-tmiem it-33 vjaġġ appostoliku tal-pontifikat tiegħu, u l-ewwel żjara papali fil-pajjiż tal-Lvant Nofsani. Wara li ċċelebra Quddiesa fil-privat fin-Nunzjatura Appostolika, l-Qdusija Tiegħu sellem lill-istaff u l-ħbieb li kienu prezenti u telaq lejn l-ajruport internazzjonali ta’ Bagdad.

Aktar