“Kuljum irrid inbierkek, u nfaħħar ismek għal dejjem ta’ dejjem”. (Sal 145 [144], 2).
Bħala għajnuna fil-mixja tagħna għal dan ix-xahar, qed nipproponu silta mis-Salm 145. Fis-Salmi tidher l-esperjenza reliġjuża individwali u kollettiva, li l-poplu ta’ Iżrael għex fil-mixja storika tiegħu, bl-isfidi kollha li ltaqa’ magħhom. It-talba miktuba bi stil poetiku, titla’ għand il-Mulej taħt forma ta’ karba, supplika, ringrazzjament u tifħir. F’dan it-talb insibu sentimenti u attitudni li bihom il-bniedem jesprimi ħajtu u r-rabta tiegħu ma’ Alla l-ħaj.
aktar