Ġwanni Pawlu II waqt l-Angelus f’Loreto

ŻJARA TAL-QDUSIJA TIEGĦU ĠWANNI PAWLU II F’LORETO
ANGELUS
Spjanata ta’ Montorso
Il-Ħadd 5 ta’ Settembru 2004

1. Fi tmiem din iċ-ċelebrazzjoni intensa, nixtieq mill-ġdid nesprimilkom il-ferħ tiegħi li stajt inkun magħkom. Kunu dejjem disponibbli għal-leħen tal-Mulej Ġesù.

Kif hu kellu bżonn tal-fiat ta’ Marija biex jinkarna, hekk il-Vanġelu tiegħu għandu bżonn ukoll tal-iva tagħkom biex isir storja fid-dinja tal-lum.

2. Un saludo muy especial a los peregrinos de la archidiócesis de Barcelona y de la diócesis de Vic, acompañados por el Señor Cardenal Ricardo María Carles, por Monseñor Lluis Martínez Sistach, Arzobispo de Barcelona, por el Obispo de Vic y los demás Obispos de Cataluña.

[in catalano]

El nou Beat significa un gran honor per la vostra terra. La seva figura com home, metge i prevere és un esemple lluminós per els cristians del nostre temps.

[El nuevo Beato significa un gran honor para vuestra tierra. Su figura como hombre, médico y presbítero es un ejemplo luminoso para los cristianos de nuestro tiempo.]

Saludo también cordialmente a los peregrinos de otras diócesis de España y de América Latina que, junto con sus Obispos, han participado en el Congreso Mundial de la Acción Católica.

La Acción Católica es y quiere ser la escuela en la cual se aprende a elegir a Dios con todo el corazón y a seguir a Cristo como único Señor de nuestra vida.

3. Għeżież, nistedinkom iġġeddu l-iva tagħkom u nafdalkom tliet konsenji. L-ewwel waħda hi “kontemplazzjoni”: ħabirku biex timxu fit-triq tal-qdusija, intom u żżommu ħarsitkom imsammra fuq Ġesù, Mgħallem u Feddej waħdieni ta’ kulħadd.

It-tieni konsenja hi “komunjoni”: fittxu li tippromovu l-ispiritwalità tal-għaqda mar-Ragħajja tal-Knisja, mal-aħwa kollha fil-fidi u mal-aggregazzjonijiet l-oħra tal-Knisja. Kunu ħmira li tella’ l-għaġna tad-djalogu mal-bnedmin kollha ta’ rieda tajba.

It-tielet konsenja hi “missjoni”: wasslu bħala lajċi l-ħmira tal-Vanġelu fid-djar u fl-iskejjel, fil-postijiet tax-xogħol u tal-ħin liberu. Il-Vanġelu hu kelma ta’ tama u ta’ salvazzjoni għad-dinja.

Il-Madonna ħelwa ta’ Loreto tiksbilkom il-fedeltà għall-vokazzjoni tagħkom, il-ġenerożità fit-twettiq tad-dmir ta’ kuljum, l-entużjażmu fid-dedikazzjoni tagħkom għall-missjoni li tafdalkom il-Knisja!

Miġjub għall-Malti minn Francesco Pio Attard

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?