Żmien l-Avvent

Kitba ta’ Angelo Xuereb

Din il-Ġimgħa ser nimmeditaw fuq l-Avvent li huwa ż-żmien li fih nitħejjew għall-Milied.

Matul l-Avvent nistennew il-miġja tal-Messija. U għalhekk dan huwa ż-żmien li fih niftakru li Kristu għad jerġa’ jiġi biex jeħodna għand il-Missier jekk inkunu għexna ħajja tajba u fit-tieni miġja tiegħu meta huwa jiġi biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin. Continue reading “Żmien l-Avvent”

Riflessjoni fuq l-opri tal-ħniena

Minn Angelo Xuereb

Ir-reliġjon nisranija hija mibnija fuq il-ħniena. Sidna Ġesù Kristu stess qalilna: “Ħennu bħalma hu ħanin Missierkom” (Lq 6, 36).

Il-ħniena lejn il-proxxmu tista’ tieħu diversi forom. Fil-ħajja ta’ kuljum insibu diversi sitwazzjonijiet u tbatijiet. U dawn iridu risposta differenti. Għalhekk insibu li hemm erbatax-il opra tal-ħniena jiġifieri seba’ li jmissu lill-ġisem u seba’ li jmissu lir-ruħ. Dan ma jfissirx li ma hemmx modi oħra kif tgħin lill-proxxmu fid-dinja tal-lum. Continue reading “Riflessjoni fuq l-opri tal-ħniena”

Fuq l-għatba tal-eternità

Minn Angelo Xuereb

Qegħdin fix-xahar ta’ Novembru. Fih niftakru fil-mejtin tagħna u fil-ħajja eterna.

Ma nkunux nesaġeraw li ma’ kull tokk tal-arloġġ inkunu qegħdin noqorbu lejn l-eternità. Iżda ma nkunux nagħmlu sewwa jekk il-ħsieb ta’ eternità jnissel fina l-melankonija u n-nuqqas ta’ paċi. Għalhekk il-ħsieb tal-eternità qatt ma għandu jwassal lin-nisrani biex ma jagħtix kas ta’ din id-dinja. Wieħed irid jaħdem qisu ser imut qatt. Infatti San Pawl iwissi lit-Tessalonkin li waqgħu fil-għażż billi ħasbu li t-tieni miġja ta’ Kristu hija fil-qrib. Continue reading “Fuq l-għatba tal-eternità”

Il-Qdusija Universali

Minn Angelo Xuereb

Fl-1 ta’ Novembru l-Knisja tiċċelebra l-festa tal-qaddisin kollha. Fl-istess waqt tfakkarna li għandna naqbdu t-triq it-tajba bis-serjetà.

Infatti l-insara kollha huma msejħa għall-ħajja ta’ qdusija. Dan huwa tant veru li l-Konċilju Vatikan II jgħallimna dan. Forsi aħna nassoċjaw il-qdusija ma’ mirakli, ma’ profeżiji u ħwejjeġ oħra straordinarji. Veru li fil-ħajja tal-qaddisin insibu affarijiet bħal dawn iżda nsibu ħajjiet ta’ qaddisin oħra li kellhomx dawn id-doni. Continue reading “Il-Qdusija Universali”