Il-Knisja ticcelebra l-festa tal-Magħmudija tal-Mulej fl-ewwel Ħadd wara l-Epifanija.
Sa mill-eqdem civiltajiet il-bniedem dejjem ra fl-ilma, dak li seta’ jnaddfu materjalment kif ukoll mill-htijiet li kienu jtaqqlulu l-kuxjenza tieghu. Fil-Babilonja kien importanti hafna fil-kult li kien jinghata ’l Enki. Fl-Egittu kien jissawwab l-ilma tan-Nil biex jehlishom mit-tebghat li kienu jahsbu li garrbu fil-guf ta’ ommhom. Il-filosofija Griega u l-ispekulazzjoni Egizzjana, kienu jahsbu li dan l-element kellu qawwa specjali li jnaddaf u jbiddel.
Jekk inharsu lejn it-Testment il-Qadim, naraw kemm l-ilma kellu sehem importanti fil-hajja tal-poplu Lhudi. L-umanità giet imnaddfa min-nies midinba permezz tad-dilluvju u il-ligi kienet tobbliga li l-poplu jitnaddaf permezz ta’ ilma qabel ma jqim lil Alla. Fil-Gdid Testment naraw li r-rabbini kienu jghammdu lil proseliti filwaqt li l-Esseni kienu jinhaslu bhala parti mill-programm ta’ purifikazzjoni.
Izda l-vera salvazzjoni giet fuq l-umanità midinba permezz ta’ Sidna Gesù Kristu, li fdiena permezz tal-passjoni, mewt u qawmien. Skond il-pjan ta’ Alla huwa kellu jitghammed biex iqaddes l-ilmijiet kollha tad-dinja. San Massimu, isqof ta’ Turin jikteb: “Bil-hasil tas-Salvatur l-ilma kollu tnaddaf ghall-maghmudija taghna, u l-ghajn issaffiet biex tista’ taghti l-grazzja tal-hasil lill-popli li kellhom jigu wara. Kristu ghadda l-ewwel wiehed mill-maghmudija biex il-popli nsara jqawwu qalbhom u jghaddu warajh” (San Massimu ta’ Turin, Disc.100 sull’Epifania, 1,3; CCL 23, 398-400).
Din is-silta tghinna nirriflettu aktar fuq il-Maghmudija tal-Mulej. L-ilma li kien meqjus importanti minn hafna kulturi gie imqaddes permezz ta’ Kristu billi nizel jitghammed fix-Xmara Gordan. Hadd ma seta’ jqaddes l-ilmijiet tad-dinja kollha hlief Kristu nnifsu. Bhala l-Iben ta’ Alla huwa la kellu dnub u lanqas seta’ jidneb. Ghalhekk f’din il-grajja rridu naraw li t-tieni persuna tat-Trinita maghmula bniedem kollha umilta tiehu fuqha d-dnubiet tal-bnedmin kollha u tinzel bihom fix-xmara Gurdan bhala sinjal ta’ mahfra. Dan il-hsieb nistghu nsahhuh permezz ta’ silta minn San Girgor Nazzjanzenu: “U Gesù tela’ mill-ilma; flimkien mieghu, huwa tella’ d-dinja ’l fuq, lejn is-smewwiet. Imbaghad Adam, ghalih innifsu u ghal nislu, ra s-smewwiet jiccartu u jinfethu, hu, li kien ghalaq bis-sejf tan-nar” (San Girgor Nazjanzenu, Disc. 39 Fuq il-Maghmudija tal-Mulej, 14-6.20; PG 36, 350-351. 354. 358-359).
Kristu tghammed qabel ma beda l-missjoni tieghu. Dan il-pass tant kien importanti li waqt il-maghmudija tieghu saret teofanija; jigifieri dehret it-Trinita kollha kemm hija. San Mark jesprima din id-dehra b’dawn il-kelmiet; “U malli tela’ mill-ilma, ra s-sema jinfetah u l-Ispirtu bhal hamiema, niezel fuqu; u gie lehen mis-sema: “Inti ibni l-mahbub; bik nitghaxxaq” (Mk 1, 10). Teofanija ohra grat waqt it-Trasfigurazzjoni fuq l-gholja Tabor, li kienet sinjal ta’ glorifikazzjoni u thejjija ghall-passjoni ta’ Sidna Gesù Kristu.
Il-wirja tat-tliet persuni tat-Trinità f’din il-grajja turina li l-maghmudija ghandha l-iskop li twassalna ghandhom.Turina l-Missier filwaqt li l-Ispirtu s-Santu jaghtina d-doni u l-frottijiet tieghu. Infatti meta Gesù baghat lil Appostli jaghmdu lil bnedmin kollha ordnalhom: “Morru mela ghallmu l-gnus kollha u ghammduhom fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu” (Mt 28, 19).
Missirijiet il-Knisja kienu jaghtu mportanza kbira lill-maghmudija. Rabanus Maurus jissotolineja seba’ propretajiet tal-hamiem (il-forma li tahtha deher l-Ispirtu s-Santu f’din il-grajja) u mbaghad japplikahom ghall-hajja nisranija: “Seba’ kwalitajiet sbieh tal-imghammdin huma ffigurati fil-hamiema. Hija tghammar qrib ix-xmajjar, u meta tilmah is-seqer, tghoddos fl-ilma u hekk tahrab; taghzel l-ahjar qamh; titma l-frieh tal-ghasafar kollha; ma tqattax b’munqarha; m’ghandhiex marrara; u tistrieh fix-xquq tal-blat; u tbarqam b’lehen ta’ niket. Ghalhekk il-qaddisin jghammru magenb ix-xmajjar tal-Iskrittura Mqaddsa, u hekk jaharbu l-assalti tax-xitan; ghandhom duttrina soda minghajr erezija bhala l-ikel taghhom; jaghtu ezempji tajba u taghlim lil dawk li mxew wara x-xitan; ma jfarrkux id-duttrina nisranija billi jaghtuha tifsira hazina; qatt ma joboghdu b’tali mod li qatt ma jaslu biex jahfru; jibnu l-bejtiet taghhom fil-pjagi ta’ Kristu, li fih jsibu r-rifugju u t-tama; kif l-bnedmin jhobbu jghannu huma jibku d-dnubiet taghhom” (Thomas Aquinas, A Commentary on the Four Gospels, Vol 1 St.Matthew, London 1997, p.133)
Forsi jkun hawn min jahseb li dan huwa xi hsieb imgebbed. Izda jekk nieqfu ftit u nirriflettu naraw kemm il-maghmudija hija vokazzjoni mill-aktar ghanja. Hija l-bidu tal-hajja nisranija. Min jitghammed jkun jista’ jircievi s-sagramenti l-ohra. Mhux hekk biss. Il-maghmudija taghtina pedament sod li fiha tinbena l-hajja kollha kemm hija tan-nisrani.
Ghalhekk il-festa tal-maghmudija tal-Mulej hija stedina ghalina biex niskopru l-vokazzjoni li jaghtina dan is-sagrament. Forsi sa issa qisna dan is-sagrament bhala bieb ghas-sagramenti l-ohra u ftit tajna kaz li l-maghmudija hija vokazzjoni fiha nnifisha biex nimxu wara Kristu u nsiru qaddisin. Nistghu nghidu li kull stil ta’ hajja ohra jekk ma jkunx mibni fuq l-ghejxien tal-maghmudija ma jkunx xhieda ta’ Kristu fid-dinja.
San Girgor Nazzjanzenu f’diskors maghmul fil-festa tal-maghmudija tal-Mulej jheggigna filwaqt li jurina din il-vokazzjoni hekk nobbli: “imma jehtigilkom tkunu safja, u tissaffew dejjem izjed. Ghax lil Alla xejn ma joghogbu aktar milli l-bniedem jindem u jsalva; dejjem dan hu l-hsieb ta’ Alla fil-messaggi u l-misteri tieghu kollha. Kunu mela bhal dawl fid-dinja, kunu l-qawwa li taghti l-hajja lill-bnedmin l-ohra, biex, bhal dwal li taqdu lid-dawl il-kbir, timtlew bid-dija tieghu tas-Sema, u tisbiehbu bid-dawl aktar safi u qawwi tat-tliet Persuni f’Alla wiehed, li ghalissa xehet fuqkom daqsxejn ta’ ragg biss mid-dija hierga minnu, bi Kristu Gesù Sidna, li lilu l-glorja u s-setgha ghal dejjem ta’ dejjem” (San Girgor Nazjanzenu, Disc. 39 Fuq il-Maghmudija tal-Mulej, 14-6.20; PG 36, 350-351. 354. 358-359).
F’din il-festa filwaqt li naghmlu proponiment li nghixu hajja nisranija, ikun xieraq wkoll li nesprimu sentimenti qaddisa. Il-Beatu Gwanni XXIII jikteb: “L-ilmijiet tal-Gurdan nizlu fuqek, o Gesù taht l-ghajnejn tal-folla izda ftit setghu jaghrfuk: hija misteru ta’ fidi ghajjiena, u indifferenza, li kompliet matul is-seklu, li hija kawza ta’ niket ghal dawk kollha li jhobbuk u ircevew il-missjoni li jxandruk mad-dinja kollha”(Giovanni XXIII, Breviario p.28). Il-Beatu Columba Marmion ghandu dan is-sentiment sabih ukoll: “OGesu, jien numilja ruhi mieghek, billi nistqarr li jiena midneb filwaqt li ngedded ic-cahda ghad-dnub li diga ghamilt fil-maghmudija”(Columba Marmion, Cristo nei suoi misteri 9, p.152-4)