L-Evanġelju tal-Ġimgħa, 29 ta’ Settembru 2017

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja

Ġw 1: 47-51
Natanael, ir-rigal ta’ Alla, huwa Israeli li jistħoqqlu dan l-isem. Mhux biss. Huwa raġel konkret ħafna. Huwa wkoll Bartilmew, bin Talmai. Fil-Ktieb tan-Numri, Talami, huwa wieħed mill-erba’ aħwa li marru jispjunaw dwar l-art imwiegħda, l-esploraturi. Natanel huwa dak li jesplora għax jiddubita u ma jiddejjaqx juri d-dubju tiegħu. Iżda ma jiddejjaqx lanqas jagħraf il-verità meta jiltaqa’ magħha. Huwa dak li jfittex imma huwa wkoll dak li jifraħ meta jsib dak li jfittex. Ma xhiex se nxebbħuha s-Saltan tas-smewwiet, tiixbah lil wieħed li sab teżor u biegħ kullma kellu biex xtara l-art fejn hu midfun it-teżor. L-eloġju li għamillu Ġesù għenu. Imma l-imħabba tiegħu għall-verità u l-ġenwinità tiegħu, xejnu s-suppervja naturali u kebbsu l-għarfien u l-fiduċja f’min għaraf. Continue reading “L-Evanġelju tal-Ġimgħa, 29 ta’ Settembru 2017”