It-Tmienja u Għoxrin Jum tar-Randan

IS-SIBT TAR-RABA’ ĠIMGĦA

Ġw 7,40-53 – Ġer 11,18-20

“Fil-ħniena tiegħek, Mulej, kun int li tmexxi l-qlub tagħna, għax mingħajrek

ma nistgħux nogħġbuk.”

[L-istazzjoni kwareżimali tallum jeħodna fil-knisja ċkejkna ta’ San Nikola “in Carcere”, f’tarf il-Foro Ruman, knisja tal-ħames seklu li inbniet fejn qabel aktarx li kien hemm wieħed mill-ħabsijiet ta’ Ruma. Għalhekk “in Cacere”. Jista’ jkun li d-dedika kienet imnebbħa mill-għemejjel ta’ karita’ li għalihom kien magħruf dal-qaddis tal-Lvant (u tal-Milied).] Continue reading “It-Tmienja u Għoxrin Jum tar-Randan”