Lezzjoni II: Santu Wistin ta’ Canterbury

27 ta’ Mejju: SANTU WISTIN TA’ CANTERBURY, ISQOF

TIFKIRA

Mill-monasteru ta’ Sant’Andrija f’Ruma l-Papa San Girgor il-Kbir fis-sena 596 bagħat lil Santu Wistin l-Ingilterra flimkien ma’ xi 30 raħeb mill-istess monasteru biex ixandru l-Evanġelju. Huma waslu fil-gżira ta’ Thanet, fis-saltna ta’ Etelbertu, re ta’ Kent, li tgħammed f’Għid il-Ħamsin tas-sena 597. Wistin sar isqof ta’ Canterbury u bis-saħħa tiegħu ħafna ħaddnu l-fidi. Miet fis-26 ta’ Mejju għall-ħabta tas-sena 605.

aktar