Lezzjoni II: Santa Marija Maddalena DePazzi

Fl-istess jum 25 ta’ Mejju SANTA MARIJA MADDALENA DE’ PAZZI, VERĠNI

TIFKIRA

Santa Marija Maddalena de’ Pazzi twieldet nhar it-2 ta’ April 1566 minn waħda mill-aktar familji għonja ta’ Firenze. Wara trobbija tajba, daħlet mas-Sorijiet Karmelitani u għexet ħajja moħbija ta’ talb u ċaħda. Talbet ħafna għat-tiġdid tal-Knisja, u mexxiet lis-sorijiet sħabha lejn il-perfezzjoni. Alla żejjinha b’ħafna doni. Mietet fil-25 ta’ Mejju 1607. Il-Papa Klement Għaxra kkanoniżżaha fl-1669.

AKTAR