Il-ġmiel tal-Karmelu

L-Avukat Carmelo Mifsud Bonnici

Biċċa biċċa, fit-trapass tas-sena bdejna t-triq lura lejn ix-xahar ta’ Lulju.  Wieħed li b’wirt sabiħ minn ta’ qabilna f’dan il-pajjiż bqajna norbtuh mal-Madonna tal-Karmnu.  Pajjiżna huwa f’din il-linja verament fortunat li għandu numru ta’ knejjes u parroċċi dedikati u fdati f’idejn l-Ordni Karmelitan u dak tar-riforma Tereżjana.  Huwa proprju tulu li diversi jiċċelebraw il-festa tal-Madonna, kif ukoll jiġu mfakkra diversi qaddisin u beati tal-Karmelu.  Dawn huma l-jiem meta jiġu ċelebrati diversi appuntamenti oħra, fosthom dak ta’ San Elija, kif ukoll dak tal-beatu Titus Bradsma.  Dan tal-aħħar qaddis li għalkemm insibu f’diversi knejjes l-immaġini tiegħu, però ftit jafu l-ħajja u l-kitba sabiħa tiegħu. Continue reading “Il-ġmiel tal-Karmelu”