L-Avukat Tonio Borg
L-enċiklika Laudato Sì, it-tieni waħda ta’ Papa Franġisku, hi dwar l-ambjent. Iżda mhux biss. Il-Papa jisħaq fuq il-valuri tal-ħajja u l-importanza u t-tifsira ta’ kull ħlejqa li hi parti mill-ħolqien maħluq minn Alla.
L-enċiklika hi indirizzata lil kulħadd, lil kull persuna ta’ rieda tajba iżda kif kien mistenni l-Papa jispjega l-kunċett Nisrani tal-ħarsien tal-ambjent, il-ġlieda kontra l-konsumiżmu u l-ħela, ir-rgħiba għall-flus a skapitu tal-ambjent, l-importanza tal-bilanċ fil-ħolqien li ġieli jitkisser mill-bniedem li dejjem irid jagħmel proġetti li jirrendu u jirrendu malajr. Continue reading “L-enċiklika Laudato Sì u l-Arċisqof”