Il-Wieħed u Tletin Jum tar-Randan

Print Friendly, PDF & Email

Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia 

L-ERBGĦA TAL-ĦAMES ĠIMGĦA

Ġw 8,31-42 – Dan 3,14-20.91-92.95

“O Alla ħanin, dawwal il-qlub ta’ wliedek li tqaddsu b’għemejjel ta’ ndiema u, fit-tjieba  tiegħek, agħti widen għat-talb umli tagħna, int li tnissel fina x-xewqa tar-rabta miegħek.”

[L-Insara Rumani bħallum kienu – u xi wħud għadhom – jinġabru fil-knisja magħrufa bħala “San Marcello al Corso”. Hi ddedikata lill-papa msemmi li fi xjuħitu safa kkundannat għal xogħol iebes sal-mewt  fl-istalel imperjali li kienu jinsabu fejn tinsab dil-knisja mwaqqfa f’ġieħ il-martirju glorjuż tiegħu.]

Aktar ma jinġabru jiem ta’ penitenza aktar tikber il-fiduċja tal-Knisja li aħna, uliedha, sa tmiem ir-Randan se nkunu doqna l-ħniena t’Alla u se nkunu tqaddisna bl-għemejjel ta’ ndiema li qed nagħmlu – għemejjel ta’ ndiema abbinati mat-“talb umli” biex Alla jnissel fina “x-xewqa tar-rabta miegħu”.

Tibda, il-kolletta tallum, b’talba għad-don tad-dawl. Ladarba il-veru dawl hu Kristu, mela t-talba li tagħmel il-Knisja llum hi talba għad-don ta’ Kristu ħalli bil-preżenza glorjuża tiegħu fina jdawwalna, jurina kemm għandna bżonnu u jħeġġiġna bix-xewqa tar-rabta m’Alla. Min hu marbut ma’ Alla, ma jaqgħax!

F’das-sitt jum tas-settiena, nitolbu lil Marija, imnikkta bil-ġisem miġruh ta’ binha fi ħdanha, biex isseddaqna fir-rabta ta’ mħabbitna ma’ Ġesù u magħha.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading