Home > Minn Fr Mario Attard OFM Cap, Ġenerali > Il-qawwa ta’ ħajjitna

Il-qawwa ta’ ħajjitna


Sur Editur,

Fil-messaġġ tar-Randan ta’ din is-sena, 2017, il-Papa Franġisku kiteb hekk: “Il-Kelma ta’ Alla hi qawwa ħajja, li kapaċi tqanqal għall-konverżjoni fil-qalb tal-bnedmin u turihom mill-ġdid il-persuna ta’ Alla” (nru. 3).

Min minna m’għandux bżonn jitqanqal ħa jikkonverti? Min minna m’għandux bżonn id-dawl ħa jara mill-ġdid il-persuna ta’ Alla f’ħajtu u f’ħajjitha? Min minna m’għandux bżonn il-qawwa biex jgħix ħajtu u ħajjitha fir-Rieda tal-Mulej? Ir-Randan huwa ż-żmien eċċellenti biex nidħlu daħla fina nfusna u nħallu l-Kelma ta’ Alla iddaħħalna online mal-Mulej.

Għalhekk, jekk int interessat/a li tħalli l-Kelma ta’ Alla iddaħħlek online mal-Mulej, f’dan ir-Randan imqaddes, kull nhar ta’ Ħamis, matul ir-Randan, ser niltaqgħu fil-Knisja tagħna l-Kapuċċini tal-Furjana ħalli flimkien niċċelebraw il-Lectio Divina fuq is-silta tal-Evanġelu tal-Ħadd li jkun imiss. Din iċ-ċelebrazzjoni tibda’ fl-4.00 pm u tintemm fil-5.00 pm. Għal din iċ-ċelebrazzjoni ġew ġentilment mistiedna parroċċi differenti ħalli l-animazzjoni tkun waħda fraterna u parteċipata minn, kemm jista’ ikun, kulħadd. Għal kull laqgħa huma mistiedna is-saċerdoti u r-Reliġjużi nisa u rġiel flimkien mal-lajci. Fr Martin Micallef, Kapuċċin, Bibblista u predikatur magħruf, ser ikun qed imexxi Lectio Divina fuq is-silta tal-Evanġelju tal-Ħadd li jkun riesaq fuqna.

Għalhekk, nhar il-Ħamis, 2 ta’ Marzu 2017, għall-ewwel celebrazzjoni ser ikun hemm, bħala mistiedna speċjali, il-komunità Parrokkjali ta’ Sant’Elena f’B’Kara. Iċ-ċelebrant se jkun Kan. Dun Vinċenz Cachia, il-Propostu tal-Parroċċa ta’ Sant’Elena f’B’Kara. Imbagħad, nhar il-Ħamis, 9 ta’ Marzu 2017, din id-darba il-mistiedna speċjali sejrin ikunu l-komunità Parrokkjali ta San Ġuzepp Ħaddiem, ukoll f’B’Kara. Iċ-ċelebrant din id-darba se jkun Dun Josef Mifsud, il-Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Ġuzepp Ħaddiem, f’B’Kara. Nhar il-Ħamis, 16 ta’ Marzu 2017, il-mistiedna speċjali sejrin ikunu l-komunità Parrokkjali ta San Bastjan, f’Ħal Qormi. Iċ-ċelebrant se jkun Dun Joseph Buhagiar, il-Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Bastjan, f’Ħal Qormi. Il-Ħamis ta’ wara, jiġifieri nhar it-23 ta’ Marzu 2017, il-mistiedna specjali se jkunu l-komunità Parrokkjali ta San Publiju, Floriana. Iċ-ċelebrant se jkun Dun Richard Borg, Arċipriet tal-Parroċċa San Publiju, fi Floriana. Fl-aħħar nett, nhar il-Ħamis, 30 ta’ Marzu 2017, għaċ-ċelebrazzjoni, il-mistiedna speċjali sejrin ikunu l-komunità Parrokkjali ta Kristu Re, Raħal Ġdid. Iċ-ċelebrant se jkun Kan Dun Mark Andrè Camilleri, il-Kappillan tal-Parroċċa ta’ Kristu Re, Paola.

Ejja u duq il-qawwa tal-Kelma ta’ Alla f’ħajtek b’riħet dan ir-Randan. Il-Mulej qed jistenniek …

Patri Mario Attard OFM Cap

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: