Home > Lectio Divina > Lectio Divina: Tlugħ   il-Mulej fis-Sema. Sena A

Lectio Divina: Tlugħ   il-Mulej fis-Sema. Sena A


Vanġelu:  Dis-silta tagħlaq l-Evanġelju ta’ S. Mattew, fejn rajna l-ħajja ta’ Ġesu fuq din l-art – it-twelid f’Betlem, it-trobbija f’Nazareth, u l-ħidma f’Kafarnaum u Ġerusalemm.  B’ebda mod m’għandna nqisu dis-silta bħala t-tmiem tal-ħidma ta’ Ġesu fuq din l-art. Pjuttost hija bidu.  Ġesu se jidħol fid-dar tal-Missier u jħalli l-Missjoni tiegħu f’idejn l-Appostli.  Ordnalhom biex jinġabru fil-Galilija, fuq il-muntanja tal-Beatitudni. 

Muntanja tal-ġebel imma wkoll waħda li tirrappreżenta l-post fejn il-bnedmin setgħu jaċċettaw u jassimilaw il-ħsibijiet t’Alla.  Kien il-post fejn wieħed seta’ jara l-Baħar tal-Galilija u Kafarnaum, fejn Ġesu żvolġa ħafna mill-ministeru Tiegħu. Kien hawn li Ġesu sejjaħ l-ewwel Appostli.  Illum, mill-istess post, se jagħti l-mandatt lill-Ħdax biex jibdew il-Knisja Tiegħu, il-Komunita Ġdida: ħdax għax jonqos wieħed, l-anti-dixxiplu, dak, u kull min hu bħalu, li ma telgħax dil-muntanja biex iħaddan il-Beatitudni, u b’hekk ma setgħax jagħmel esperjenza tal-Qawmien.  Min jagħmel hekk ikun qed jagħżel id-dinja l-antika: poter, regħba, vjolenza. Minn flok, Ġesu jagħti bidu għas-Saltna Tiegħu b’dawn il-ħdax l-Appostli, imbeżżgħin, fraġli, mimlija dubji u nċertezzi. Dawn kienu persuni li ħarbu mill-ġnien taż-żebbuġ u ħallew lil Ġesu waħdu. Għamlu żbalji oħra.  Il-kap tagħhom ċaħdu wkoll.  Minkejja did-dgħufija kollha, qallhom  biex jinġabru hawn illum.

  1. “Kif rawh inxteħtu quddiemu.” Il-verb “rawh” hawn ifisser aktar milli tara bl-għajnjen materjali. Dawn huma persuni li laqgħu il-Beatitudni, allura għarfu ‘l Ġesu u l-missjoni Tiegħu, dik li jagħti ħajtu għalina.  Aħna wkoll għandna bżonn nitilgħu fuq dil-muntanja, naċċettaw u nattwaw il-Beatitudni, biex ukoll aħna “naraw” li s-sejħa tagħna hija li l-ħajja se tkun mimlija meta ngħixu m’Alla u f’Alla.  “Inxteħtu quddiemu”, i.e. adurawh, għarfu l-preżenza t’Alla f’Ġesu, il-wiċċ t’Alla stampat f’wiċċ Ġesu: dan hu Alla li jagħti lilu nnifsu, mhux xi alla tal-filosfi jew poeti.
  2. “Xi wħud iddubitaw.” Fejn tidħol il-Fidi, p.e. fil-Qawmien, m’għandniex provi jew ċertezzi imma raġunar.  Mela normali li jkollna d-dubji.  Jistgħu jeżistu flimkiem il-Fidi u d-dubji, l-adorazzjoni u d-dubji.  Ġesu ma jibżax mid-dubji tagħna għax jaf li aħna umani. In fatti lid-dixxipli ma ċanfarhomx.  Mill-banda l-oħra, kieku jkollna l-provi konkreti, ma jkollniex bżonn il-Fidi.  Mela meta jkollna d-dubji għandna naċċettawhom bil-kalma.  Aktarx il-bidu tad-dubji hu l-ewwel Beatitudni: “Henjin il-fqar fl-ispirtu”. Xi wħud jirrispondu: “Kif, Mulej?  Irrid nirrinunċja għal kollox? Nagħti kollox lill-fqar?”  Dan ir-raġunar inibbet id-dubji fina.  Ġesu jaf b’dan, u jagħtina l-għajnuna u l-qawwa biex nifhmu sew dil-proposta Tiegħu.  Dment li nibqgħu fuq il-livell tal-Muntanja, jirnexxielna nilqgħu dil-proposta bid-dubji li ġġib magħha.  Jekk nitbiegħdu mill-Muntanja, nibdew infittxu provi konkreti, umani, xjentifiċi.  Il-Fidi rridu nmantuha l-ħin kollu bil-Kelma t’Alla, inkella tiddgħajjef.
  3. “Ġesu resaq lejhom”. Ġesu tielgħa s-Sema. Ma jfissirx li se jitlaq (“Jien nibqa’ magħkom għal dejjem”).   L-Irxoxt jersaq lejn id-dixxipli, u se jibqa’ qrib tagħhom, għax lil dawn se jafdalhom il-missjoni Tiegħu.
  4. “Kull qawwa ngħatat lili..” Mhux dik li biha ttentah ix-xitan fid-deżert, qawwa li tiddomina bil-forza. Imma l-qawwa t’Alla, tal-imħabba, dik li tagħti ħajtek għall-oħrajn.  Ġesu għandu dil-qawwa fil-milja kollha tagħha.  Issa se jgħaddiha lid-dixxipli.
  5. “Morru, mela….” Morru, ibdew, għamlu lil kulħadd dixxipli, ħajruhom jaċċettaw il-proposti tal-Beatitudni.  Kulħadd, i.e. il-ġnus kollha.  Għall-Lhud din kienet idea ġdida.  Huma biss kienu l-poplu t’Alla, huma biss kienu se jsalvaw.   Imma l-pjan t’Alla kien li huma jikkonvertu ġnus oħra, mhux iżommu s-salvazzjoni għalihom biss.
  6. “Għammduhom…” “Battizzare” propjament tfisser “immersjoni”, tniżżel taħt l-ilma. Mela l-ewwel dixxipli, u aħna l-Insara, d-dixxipli tal-lum, għandna l-obbligu li nħajru kull bniedem, ta’ kwalunkwe razza, biex “jegħreq” fil-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu, jiġifieri, bis-simbolu tal-ilma mraxxax fuq rasu jew imdawwar ma’ ġismu kollu, hu jidħol jagħmel parti mill-ħajja Divina, il-ħajja tat-Trinita.
  7. “…. kulma għallimtkom jien…” fuq kollox il-Beatitudni.
  8. “Jien magħkom dejjem”. Ġesu m’huwiex “hemm fuq” imma qiegħed magħna u qed jakkumpanjana f’kull pass li nagħmlu.  Il-missjoni tal-Knisja llum hi li żżomm preżenti lil Kristu f’ħajjitna.  U aħna mbagħad irridu nkunu xhieda ta’ Kristu Rxoxt.

Sors:  google/fernando armellini/commenti al vangelo

 

NB: Ta’ min jara wkoll l-omelija ta’ 5 minuti li l-Papa jagħmel kull nhar ta’ Ħadd f’nofs-in-nhar.  (Rai 1   u   TV2000)

Categories: Lectio Divina
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: