Home > Aħbarijiet, Papa Franġisku > Jibda l-Vjaġġ Appostoliku tal-Papa fil-Kolumbja

Jibda l-Vjaġġ Appostoliku tal-Papa fil-Kolumbja


Belt tal-Vatikan: Il-Papa Franġisku llum jibda l-vjaġġ tiegħu lejn il-Kolombja fejn se jdum sa nhar it-Tnejn li ġej.  Dan hu l-20 vjaġġ tal-Papa barra mill-Italja.  Din se tkun it-tielet żjara minn Papa f’dan il-pajjiż tal-Amerika t’Isfel. Fl-1964, il-Papa Pawlu VI u fl-1986, il-Papa San Ġwanni Pawlu II ukoll kienu żaru dan il-pajjiż.

Għal Jorge Bergoglio din se tkun it-tielet darba li se jżur il-Kolombja.  L-ewwel darba kienet fl-1970 meta kien għadu saċerdot u t-tieni darba meta kien Isqof u attenda għal laqgħa tal-Konferenza Episkopali tal-Amerika Latina.

Bla dubju ta’ xejn li d-dinja se tħares lejn din iż-żjara minn perspettiva politika billi bħalissa l-Kolombja qed titħabat biex ittemm b’suċċess proċess ta’ paċi wara 52 sena ta’ konflitti nterjn bejn il-Gvern u r-ribelli tal-Grupp FARC li matulhom inqatlu 260,000 persuna, 60,000 oħra li ħadd ma jaf x’sar minnhom u aktar minn seba’ miljuni kellhom jaħarbu minn djarhom.

Għalhekk din iż-żjara qed issir f’mument kruċjali fl-imsemmi proċess għall-paċi li kiemm il-Knisja Kattolika fil-pajjiż kif ukoll il-Papa Franġisku appoġġjaw bis-sħiħ.

Madankollu l-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan saħaq li bħal dejjem in-natura tal-vjaġġ kienet waħda pastorali li se tara l-Papa iwassal il-messaġġ tal-Evanġelju lil dan il-pajjiż li fil-parti l-kbira tiegħu hu wieħed kattoliku.

Matul il-ħamest ijiem li se jagħmel, il-Papa se jkun bażat fil-kapitali Bogota, iżda kulljum se jżur  bliet differenti li jinkluduVillavicencio, Medellin u Cartagena.

Hu se jiltaqa’ kemm ma’ mexxejja tal-Knisja kif ukoll mal-mexxejja tal-pajjiż kif ukoll ma’ gruppi ta’ familji, persuni b’diżabilita’, vittmi tad-droga, foqra, ma’  grupp magħmul minn ex-gwerillieri, mal-Isqfijiet, saċerdoti, sorijiet u lajċi.

Waqt li jkun f’Villavicencio il-Papa Franġisku mistenni jibbeatifika żewġ saċerdoti kattoliċi maqtula fil-gwerra ċivili filwaqt li f’Cartagena se jżur u jitlob fil-Knisja ta’ San Pietru Claver.

F’kull waħda mill-erbat ibliet li se jżur il-Papa se jqaddes għall-poplu u fl-omeliji tiegħu mistenni jitratta kwestjonijet bħalma huma il-kura tal-ħolqien, is-saħħa tar-rikonċiljzzjoni,  id-difiża tal-ħajja u d-dinjita’ u d-drittijiet umani.

Mill-Kamra tal-Aġbarijiet ta’ Radju Marija

Tista’ ssegwi il-Vjaġġ kollu tal-Papa Franġisku minn fuq il-Laikos …  http://www.laikos.org/LTV-Streaming.htm

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: