Home > Aħbarijiet > L-Insara qed jirritornaw bil-mod fil-belt ta’ Mosul

L-Insara qed jirritornaw bil-mod fil-belt ta’ Mosul


Wara li Mosul fl-Iraq inħelset minn idejn l-Istat Iżlamiku, l-Insara qed imorru lura bil-mod il-mod lejn il-belt.  U hekk kif dawn qed jirritornaw, hekk ukoll qed tirritorna l-Quddiesa.


mosoul

Fr Luis Montes, qassis tal-Istitut tal-Kelma Inkarnata, iċċelebra l-Quddiesa aktar kmieni x-xahar l-ieħor fil-Monasteru ta’ San Ġorġ.  Il-qassis mar Mosul biex jirrekordja parti minn dokumentarju li jismu Guardianes de la Fe (Gwardjani tal-Fidi).  Id-dokumentarju għandu l-għan li juri r-realtà ta’ ħajjet il-Kristjani fl-Iraq u s-Sirja.

 

F’vidjo ppostjat fuq il-paġna tal-Facebook Amigos de Irak (Ħbieb tal-Iraq), Fr Montes qal li l-Quddiesa ġiet ċelebrata fid-9 ta’ Awwissu – xahar wara l-ħelsien ta’ Mosul – f’jum il-festa ta’ Santa Edith Stein, li mietet martri f’kamp ta’ konċentrament Nazista.

Il-qassis qal li kien “rigal kbir ta’ Alla” li tkun tista’ tiċċelebra l-festa ta’ martri fil-monasteru, li “żgur ta ħafna martri lill-Knisja.”

Filwaqt li pponta lejn id-dħul tal-monasteru, huwa qal li kien jemmen li l-livell ta’ taħt seta’ kien “użat bħala ħabs f’xi żmien, (minħabba li) l-Kristjani ħallew isimhom miktub hemm fuq il-ħitan bħala xhieda.”

Il-monasteru, li jinsab fin-naħa tal-lvant tal-belt, saritlu ħafna ħsara mill-militanti tal-ISIS.

“Tifrik kullimkien, il-qoxra tal-ġebel fuq il-ħitan imtajra, l-istatwi reliġjużi kollha meqrudin,” qal Fr Montes. “Il-grotta tal-Verġni Marija meqruda … Is-slaleb imwaħħlin mal-ħitan ġew imqaċċtin bil-mazza biex ma jibqa’ l-ebda traċċa ta’ xi ħaġa li hija Kristjana, xi ħaġa li tfakkar lil Ġesù Kristu.”

Fil-kappella fejn saret il-Quddiesa, l-altar kien ġie mneżża’ mill-irħam li kien iżejnu, u l-ħitan kienu ġarrbu l-ħsara.

Fr Montes qal li l-esperjenza li tiċċelebra l-Ewkaristija qalb tant ħerba kienet emozzjonanti.

 

Huwa kompla jirrifletti li, f’dak il-post, li kien ġie attakkat għax Kristjan, il-kontemplazzjoni tal-Misteru tas-Salib, li jiġi mġedded fil-Quddiesa Mqaddsa, kienet tant b’saħħitha.

 

Fr Montes issokta jgħid li xi qassisin wara qalu liż-żgħażagħ li akkumpanjawh li kienu jemmnu li din kienet l-ewwel Quddiesa ċelebrata fl-aħħar tliet snin fil-belt ta’ Mosul, post mill-aktar milqut mill-ISIS.  Huwa żied li dan kien “veru rigal minn Alla.”
Fr Montes qal li offra l-Quddiesa għall-Ewropa, “li qed issofri minħabba li warrbet lill-Mulej Alla, biex demm il-martri fil-Lvant Nofsani jqanqal lill-Ewropa, imissha, biex tqum.”

Id-dehra ta’ tant profanità jweġġa’, ammetta Fr Montes, u huwa ta’ wġiegħ akbar il-ħsieb tal-mibegħda għal Kristu li kienet il-kaġun tal-attakki fuq Mosul.

Imma fl-istess ħin, kompla Fr Montes, “huwa ta’ sodisazzjon kbir meta tkun taf li qed isservi poplu persegwitat.”

 

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: