Home > Aħbarijiet > “Il-ħajja umana għandha tkun protetta dejjem, l-iżjed meta hi fraġli” – Il-Papa fil-Kolombja

“Il-ħajja umana għandha tkun protetta dejjem, l-iżjed meta hi fraġli” – Il-Papa fil-Kolombja


Bogota, Kolombja: Il-Ġimgħa, 8 ta’ Settembru 2017: Il-ħajja umana għandha tkun protetta fl-istadji kollha tagħha, imma l-aktar meta hi l-iżjed fraġli. Dan kien il-kliem tal-Papa Franġisku waqt l-ewwel quddiesa li ċċelebra fil-Kolombja u li għaliha attendew aktar minn miljun persuna.

Rapport fuq is-sit newsbook.com.mt jgħid li x-xita qawwija ma qatgħetx qalb dawn il-pellegrini kollha li ma tħallewx jieħdu magħhom umbrelel minħabba raġunijiet ta’ sigurtà. Matul l-omelija tiegħu, il-Papa ħeġġeġ lill-komunità tal-kapitali Bogotà u lil dawk kollha involuti fil-ħarsien tal-ħajja fil-Kolombja, biex ikomplu jipproteġu l-ħajja sa minn ġuf l-omm u jagħtu dinjità lill-anzjani u lil dawk kollha emarġinati mis-soċjetà.

Il-Papa qal dan waqt li kien qed jirrifletti fuq silta mill-Evanġelu ta’ San Luqa li fiha Ġesù jipprietka viċin il-Baħar tal-Galilea. Huwa qal li fil-Kolombja, bħal kull parti tad-dinja, hemm it-theddida li tpoġġi l-ħajja f’riskju u xi kultant teqridha.

Fost dawn semma lista ta’ “ħażen soċjali” bħall-inġustizzja, l-inugwaljanza soċjali, il-korruzzjoni, gruppi ta’ interess, il-konsum egojista, id-disrispett lejn il-ħajja umana u oħrajn.

Il-Papa Franġisku wissa wkoll kontra l-mibegħda, it-tpattija u dawk li fi kliemu jsiru torox u għomja quddiem il-karba tal-vittmi. Fl-aħħar għexieren ta’ snin, fil-Kolombja mietu madwar 220,000 persuna fi ġlied bejn diversi milizzji, militanti, traffikanti tad-droga u oħrajn.

Ħeġġeġ lil dawk kollha li jaħdmu favur il-paċi u d-dinjità tal-ħajja biex ma jaqtgħux qalbhom. “Bħal Pietru, nafu xi tfisser li taħdem mingħajr suċċess,” qal il-Papa.

Kien hawn li ħeġġiġhom biex bħal Pietru jafdaw f’Alla li fi kliemu “il-kelma tiegħu tħalli l-frott anke fejn hemm id-dlam tal-ostilità umana.”

Ilbieraħ il-Papa Franġisku sellem eluf ta’ żgħażagħ li ppakkjaw il-pjazza ta’ quddiem il-Katidral ta’ Bogotà għal sigħat twal jistennew il-messaġġ tal-Papa.

F’appell imqanqal, il-Papa Franġisku ħeġġeġ liż-żgħażagħ biex jgħallmu lill-adulti xi tfisser il-maħfra. Qal li ż-żgħażagħ, bl-eżempju tagħhom, jistgħu jgħinu lill-ġenerazzjonijiet ta’ qabilhom biex iħallu warajhom avvenimenti li weġġgħuhom u jħarsu l-quddiem “mingħajr ma jġorru magħhom it-toqol tal-mibegħda.”

Tista’ taqra d-diskorsi tal-Papa Franġisku fil-Laikos … http://www.laikos.org/Papa_Frangisku_Vjaggi.htm

 

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: