Home > Aħbarijiet > Il-Papa jgħid li Trump għandu jerġa’ jaħsibha fuq il-programm DACA

Il-Papa jgħid li Trump għandu jerġa’ jaħsibha fuq il-programm DACA


It-Tlieta, 12 ta’ Settembru 2017: Belt tal-Vatikan: Fuq it-titjira lura mill-Kolombja lejn Ruma il-Papa Franġiksu kien mistoqsi dwawr id-deċiżjoni tal-President Donald Trump li jtemm id-Deferred Action for Childhood Arrival Program, dan il-programm kien jippermetti lil madwar tmien mitt elf tifel u tifla miġjuba fl-Istati Uniti illegalment bħala tfal biex jibqgħu fil-pajjiż u jkunu jistgħu jaħdmu jew imorru l-iskola. Fil-5 ta’ Settembru Trump ħabbar li kien se jwaqqaf il-programm u din id-deċiżjoni tiegħu kienet ikkritikata bl-aħrax mill-Konferenza Episkopali tal-Isqfijiet Kattoliċi tal-Istati Uniti.

Il-Papa Franġisku qal li kien sema bid-deċiżjoni ta’ Trump iżda kien għad ma kellux ħin jistudja d-dettalji tal-kwistjoni. Madankollu huwa qal li t-tneħħija tat-tfal minn mal-familji tagħhom żgur mhux se tħalli frott. Il-Papa wera t-tama li Trump idur lura minn din id-deċiżjoni. Il-Papa qal li Trump jippreżenta lilu nnifsu bħala persuna favur il-ħajja u għalhekk suppost għandu jifhem li l-familja hija l-benniena tal-ħajja u wieħed għandu dejjem jiddefendi l-għaqda tal-familja.

Il-Papa Franġisku qal li wieħed għandu joqgħod ferm attent li ma jmurx ifarrak it-tamiet u l-ħolm taż-żgħażagħ jew iġiegħel liż-żgħażagħ iħossuhom sfruttati għaliex ir-riżultat jista’ jkun diżastruż u jista’ jwassal biex uħud iduru għad-drogi jew għas-suwiċidju.

Il-vjaġġ lura lejn Ruma ma kellux għalfejn ibiddel ir-rotta bħalma ġara fit-titjira lejn il-Kolombja minħabba l-uragan Irma. Il-Papa kien mistoqsi dwar l-intensità dejjem ikbar tal-uragani u maltempati oħra u x’jaħseb dwar il-mexxejja politiċi li jiddubitaw li t-tibdil fil-klima huwa reali. Il-Papa qal li għandna nagħtu kas ta’ dak li jgħidu x-xjenzjati  għaliex dawn huma preċiżi ħafna u li ma tantx hemm żmien x’nitilfu għaliex it-tibdil fil-klima għaddej b’ritmu mgħaġġel ħafna.

Meta tkellem dwar il-vjaġġ tiegħu fil-Kolombja l-Papa qal li kien tassew imqanqal mill-ferħ u t-tenerezza u l-espressività tan-nies.  Fl-aħħar mill-aħħar huma se jkunu dawk li jiddeterminaw jekk il-Kolombja hux se jkollha tassew il-paċi wara 52 sena ta’ gwerra ċivili.

Eżatt kif wasal lura l-Italja l-Papa mar fil-Bażilika ta’ Santa Marija Maggiore għal ħin ta’ talb kif jagħmel dejjem qabel u wara kull vjaġġ tiegħu.

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: