Home > Riċensjoni > Tifkira sabiħa tal-Mużajċi l-ġodda

Tifkira sabiħa tal-Mużajċi l-ġodda


Madonna Ta’ Pinu, Lulju-Settembru 2017, Nru 182

Il-ħarġa ta’ Lulju-Settembru 2017 tar-rivista Madonna Ta’ Pinu tittratta kważi kollha kemm hi l-ġrajja storika tal-Inawgurazzjoni u t-Tberik tal-Mużajċi l-ġodda fuq iz-Zuntier tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu, xogħol mill-aqwa taċ-Ċentru Aletti ta’ Ruma, taħt it-tmexxija tal-Ġiżwita Sloven Patri Marko Ivan Rupnik.

Madonna Ta' Pinu, Nru 182Iċ-ċelebrazzjoni inawgurali nżammet fit-18 ta’ Ġunju li għadda, u din il-ħarġa prattikament hi tifkira dokumentattiva, b’kitbiet u ritratti, ta’ dan il-proġett li qed jagħti marka partikulari lil dan is-Santwarju u lill-pellegrini li jżuruh.

Naqraw ukoll il-messaġġi li ħallew il-kantanti u mużiċisti li tellgħu l-Kunċert Il Mondo Canta Maria quddiem is-Santwarju, lejlet l-inawgurazzjoni.

Jispikka d-Diskors għal-Liturġija tat-Tberik tal-Mużajk li għamel Dun Roberto Gauci, is-saċerdot Għawdxi li kien parti mill-atelier ta’ artisti li ħadmu fuq il-mużajċi l-ġodda, u li tana wkoll id-disinn tal-labirint fl-art int u dieħel fil-pjazza.

Kif nafu, għall-okkażjoni ta’ dan it-tberik, il-Papa Franġisku bagħat l-ewwel Vidjomessaġġ tiegħu lill-poplu Malti u Għawdxi. Dan hu riprodott f’din il-ħarġa, flimkien mal-Messaġġ tal-Kardinal Pietro Parolin, Segretarju tal-Istat tal-Vatikan.

Billi din is-sena jaħbat il-ħames ċentinarju mill-bidu tar-Riforma Protestanta, f’dan l-għadd ir-rivista Madonna Ta’ Pinu qed tirriproduċi fl-ilsien Malti artiklu xjentifiku dwar il-Kummentarju għall-Magnificat miktub minn Martinu Luteru fl-1521. L-oriġinal deher f’La Civiltà Cattolica f’Mejju li għadda.

Hemm ukoll rapport dwar il-Pellegrinaġġ ta’ fuq 150 membru tal-Piccolo Gruppo di Cristo mill-Italja li ried ifakkar is-sittin anniversarju tiegħu b’Quddiesa fis-Santwarju Ta’ Pinu.

Fl-aħħar iżjed mhux l-inqas, tkompli s-sensiela qasira ta’ artikli meħuda mill-perjodiku Il Messaggiere di Maria dwar “iż-Żejt tal-Madonna Ta’ Pinu”.

Kull korrispondenza għandha tintbagħat lill-Editur, Ċentru Kulturali Marjan, Ta’ Pinu, l-Għarb GRB 1704, tel: 21556187, email: tapinupublications@tapinu.org. Abbonament għal sena jiswa €8.

Categories: Riċensjoni
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: