Monsinjur Alfred Xuereb maħtur Nunzju Appostoliku


It-Tnejn, 26 ta’ Frar 2018: F’laqgħa li saret dalgħodu f’nofsinhar fil-Kurja Veskovili ta’ Għawdex, l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, ikkomunika l-aħbar sabiħa li l-Q.T. il-Papa Franġisku għażel lil wieħed mis-saċerdoti tad-Djoċesi ta’ Għawdex, MONS. ALFRED XUEREB, li sal-lum kien jaqdi r-rwol ta’ Prelat Segretarju Ġenerali fis-Segreterija għall-Ekonomija tas-Santa Sede, biex ikun Nunzju Appostoliku fir-Repubblika tal-Korea (ta’ Isfel), u fl-istess waqt għollieh għad-dinjità ta’ Arċisqof titulari ta’ Amantea, l-Italja.

alfred-xuerebFost dawk preżenti għal din il-laqgħa kien hemm is-Sinjura Doris Xuereb, omm Mons. Xuereb, kif ukoll oħtu Silvia Caruana u familjari oħra tiegħu. Mons. Alfred Xuereb ser jirċievi l-Konsagrazzjoni episkopali minn idejn il-Q.T. il-Papa Franġisku fil-Bażilika ta’ San Pietru, il-Vatikan, nhar it-Tnejn 19 ta’ Marzu 2018, Solennità ta’ San Ġużepp, fil-5.00pm.

L-Isqof Mario Grech qal li din hija aħbar ta’ ferħ għad-Djoċesi ta’ Għawdex u għal pajjiżna. Filwaqt li feraħ lil Mons. Xuereb li ġie fdat b’din il-missjoni importanti, huwa stieden lillKnisja ta’ Għawdex biex trodd ħajr lill-Mulej Ġesù li għal darb’oħra xeħet għajnejh fuq wieħed mill-kleru tagħha biex ikun membru tal-Kulleġġ episkopali b’mandat missjunarju, u biex isir talb għall-Papa Franġisku.

Din in-nomina hija ta’ ġieħ għall-E.T. Mons. Xuereb, imma wkoll konferma tal-imħabba li l-poplu ta’ Alla f’Għawdex għandu lejn il-missjoni. Fi kliem l-Isqof Mario, dan il-mandat speċjali li l-Papa Franġisku qed jafda lill-Arċisqof maħtur Mons. Xuereb għandu jqanqal fina aktar għożża u apprezzament tal-familji li huma lbenniena ta’ kull vokazzjoni saċerdotali, tal-komunitajiet parrokkjali li jgħinu biex timmatura l-vokazzjoni, u tas-Seminarju djoċesan li jifforma lil dawk li huma msejħa għas-saċerdozju. Fil-fatt Mons. Isqof Grech fakkar kemm Mons. Xuereb kellu u għad għandu għal qalbu l-appostolat vokazzjonali.

Fl-ewwel kumment tiegħu wara din il-ħatra, Mons. Xuereb jgħid: “Il-Papa Franġisku hu attent ħafna biex jibni pontijiet f’dik il-parti partikulari tal-Asja, u jiena nħossni onorat ħafna bl-istima kbira tiegħu”. Mons. Xuereb insista biex tiftakru ħafna fih fit-talb tagħkom.

Il-motto magħżul mill-Arċisqof il-ġdid bħala parti mill-arma tiegħu hu “Ut unum sint”, ittalba ta’ Kristu għall-għaqda bejn l-Insara: “Biex ikunu lkoll ħaġa waħda” (Ġw 17:21). Iktar dettalji jingħataw ’il quddiem.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.