Il-Ġimgħa16 ta’ Marzu 2018: Għada s-Sibt, il-Maltapost plc sa toħroġ Timbru kommemorattiv fl-okkażjoni tal-Konsagrazzjoni episkopali ta’ Mons. Alfred Xuereb, li jista’ jinkiseb mill-Fergħa Postali fil-Belt Victoria, jew anki fuq Kartolina kommemorattiva ppubblikata mis-Soċjetà Filatelika Għawdxija bil-kollaborazzjoni tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ. Għal aktar tagħrif għandu jsir kuntatt mas-Sur Anthony Grech fuq l-email linton3@maltanet.net.
Nawguraw lin-Nunzju Appostoliku, Mons. Alfred Xuereb fil-Ħidma importanti għall-Knisja Kattolika fil-Korea ta’ Isfel u fil-Mangolja. Hemm bżonn li aħna lkoll niftakru ħafna fih fit-talb tagħna biex Il-Mulej iseddaq kull ħidma li jwettaq hemm.