Home > Aħbarijiet > Talb f’Ruma bi tħejjija għall-Konsagrazzjoni Episkopali ta’ Mons. Alfred Xuereb

Talb f’Ruma bi tħejjija għall-Konsagrazzjoni Episkopali ta’ Mons. Alfred Xuereb


It-Tnejn 19 ta’ Marzu 2018: Ilbieraħ filgħaxija, fil-Kappella tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù, f’Via Iberia, Ruma, inżammet Velja ta’ Talb bi tħejjija għall-Konsagrazzjoni Episkopali ta’ Mons. Alfred Xuereb li l-Papa Franġisku sa jmexxi llejla fil-Bażilika ta’ San Pietru.

velja-1.jpgGħall-Velja kienu preżenti bosta Maltin u Għawdxin, flimkien ma’ għadd ta’ saċerdoti mid-Djoċesi ta’ Għawdex. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, kien akkumpanjat ukoll minn Mons. Tarċisju Camilleri, Vigarju Ġenerali, u minn Mons. Pawlu Cardona, Vigarju Episkopali.

Intant, iktar kmieni lbieraħ waranofsinhar, fid-Djoċesi ta’ Għawdex inżammet il-Via Sagra Djoċesana fuq l-Għolja Ta’ Għammar li fiha wkoll sar talb għal Mons. Xuereb.

Iċ-ċerimonja tal-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Xuereb tibda tibda llejla fil-5.00pm fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan u ser tixxandar live minn fuq din il-paġna tal-Laikos …  http://www.laikos.org/tvl-vat.php

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: