Rapport mill-Vatikan dwar il-Pre-Sinodu taż-Żgħażagħ


Mill-Vatikan kitbilna Benjamin Flores Martin, Delegat tal-Arċisqof għaż-Żgħazagħ

It-Tlieta 20 ta’ Marzu 2018: Din is-sena Papa Franġisku ħabbar li is-sinodu tal-Isqifijiet li ser issir f’Ottubru li ġej ser ikun bit-tema: ‘Iż-Żgħażagħ, il-fidi u d-dixxerniment vokazjonali’. Huwa xtaq li jpoġġi ż-żgħażagħ fiċ-ċentru tad-diskussjonijiet tal-Knisja u b’hekk talab rappreżentanti żgħażagħ mill-pajjiżi kollha tad-dinja u minn reliġjonijiet differenti biex niltaqgħu Ruma għall-Pre-Sinodu.

Capture8

Il-bieraħ, 19 ta Marzu aktar minn 300 delegat bdejna ġimgħa laqgħat ta’ ħidma u diskussjonijiet fuq dawn it-temi. Il-Papa Franġisku fetaħ dan il-pre-sinodu billi ġie jżur lid-delegati żgħażagħ u kellimna dwar l-importanza li waqt dan il-presinodu nitkellmu u nitkellmu b’kuraġġ. Huwa wera x xewqa li bħala żgħażagħ nisimgħu lil xulxin b’umiltà u nitolbu skuża jekk forsi ninftemu ħażin, iżda l-importanti huwa li nitkellmu. Il-Papa Franġisku talabna noħolmu u ma nibizawx mill-isfidi li l-ħajja iġibilna u qal li min jieqaf joħlom jixjieħ ta’ għoxrin sena.

Wara d-diskors tal- Papa kellna diversi esperjenzi minn madwar id-dinja fejn il-Papa wkoll sab ħin jirrispondi għad-domandi ta’ dawn iż-żgħażagħ.

Matul il-jiem li ġejjin id-delegati se jitqassmu f’numru ta’ gruppi fejn ser jiddisikutu diversi temi li fl-aħħar tal-ġimgha ser jinġabru f’document li ser jiġi preżentat lill-Isqfijiet biex jgħinhom waqt il-ħidma tagħhom fis-Sinodu tal-Isqfijiet li ser isir f’Ottubru li ġej

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.