Archbishop Emeritus Paul Cremona OP

“SE NIŻŻEWWEĠ”. “ARA SE TITGĦALLAQ?”: IŻ-ŻWIEĠ SAGRAMENT (2)


Mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP

Il-pjan ta’ Alla

Kif għidna diġa’, Alla spjegalna ħwejjeġ kbar fir-rakkont tal-Ġenesi (Ġen kapi 1 u2 ).  Alla l-Imbierek huwa Imħabba. Iż-żwieġ u l-familja huma l-pjan tiegħu biex titkattar l-imħabba tiegħu fost il-bnedmin. Għalhekk irridu nitkellmu fuq żwieġ li joħroġ mill-imħabba ta’ Alla. Mingħajr dan il-ħsieb, iż-żwieġ jiddgħajjef. Alla, fil-ħolqien, li huwa mfisser fil-Ġenesi, tana diversi dwal dwar il-pjan sabiħ ta’ Alla.Mgr Paul Cremona OP

  • Ħalaq lill-bniedem, raġel u mara, bħala xbieha tiegħu. Iż-żwieġ irid ikun ibbażat fuq id-dinjita’ personali tar-raġel u tal-mara.
  • Alla ma ħalaqx ‘bniedem’ iżda ‘raġel’ u ‘mara’. Huwa l-ewwel u l-ikbar sinjal ta’ komunikazzjoni u komunjoni bejn il-bnedmin. Minnha trid toħroġ anki kull komunikazzjoni fis-soċjeta’ tal-bnedmin. Il-mod kif il-koppja tgħix iż-żwieġ u l-familja għandu nfluss kbir fuq is-soċjeta’ kollha.
  • Alla ta lil Eva lil Adam. It-tnejn huma don ta’ Alla lil xulxin.
  • Alla ta ġibda lir-raġel u lill-mara lejn xulxin: ara il-ferħ ta’ Adam meta jara lil Eva (Ġen 2,21-23). Alla għaqqad l-pjaċir – li jsir ukoll ferħ meta ma jkunx egojist, iżda għemil ta’ mħabba kkonċentrat fuq il-persuna li jkun hemm ħdejk – li toħroġ mill-intimita’ sesswali tal-imħabba bejn il-koppja mal-bidu ta’ tnissil ta’ persuna ġdida. Huwa lesta lill-mara u lir-raġel fiżikament – anki fl-anatomija tagħhom – u emozzjonalment, biex l-intimita’ tal-imħabba sesswali bejniethom tingħaqad mal-proċess ta’ tnissil ta’ tarbija.
  • Alla ried li ‘jsiru ġisem wieħed’. Il-ġibda li tahom Alla l-Imbierek issir risponsabbilta’ tal-għaqda tagħhom biex issir ‘bejta’ fejn Alla jista’ jibgħat it-trabi ġodda. Hija din ir-risponsabbilta’ li tagħti sigurta’ lit-tfal. Jiena nazzarda nirrifletti fuq episodju li nsibu f’dan ir-rakkont: Il-Ħallieq jieħu waħda mill-kustilji ta’ Adam u minnha jsawwar lil Eva. Żgur mhux biex iċekken lill-mara: ir-raġel u l-mara, it-tnejn individwalment huma xbieha ta’ Alla. Jista’ jkun li dan ir-rakkont qieg]ed biex jispjega dak li hemm miktub li jsiru ‘ġisem wieħed’, la darba kienu ġisem wieħed?
  • Hekk kull persuna għandha id-dritt li titwieled u tittrabba mill-imħabba ta’ raġel u mara bħala koppja. Lill-ġenituri huwa tahom il-missjoni li jgħallmu f’ismu l-imħabba bl-eżempju tagħhom. Għalhekk l-imħabba ta’ bejniethom trid tkun skola ta’ mħabba għal uliedhom. Huma mhux qed irabbu tfal biex jibqgħu tfal iżda biex jimxu magħhom ħalli ‘l quddiem isiru adulti li kapaċi jħobbu.

Il-Ktieb tal-Ġenesi (kap 3) jirrakonta ukoll kif dan il-pjan tfixkel meta l-bniedem dineb. Għandna l-ewwel sinjali tal-konsegwenzi tiegħu. Adam u Eva għażlu li l-ħajja tagħhom jgħixuha mhux fuq il-pjan ta’ Alla, iżda jibdew jagħżlu huma xinhu tajjeb u xinhu ħażin (is-siġra tat-tajjeb u l-ħażin). Fixklu lil xulxin għar-relazzjoni ma’ Alla: l-għaqda ta’ bejniethom saret tfixkil quddiem Alla. Sar l-ewwel att ta’ egojiżmu fil-koppja meta it-tnejn bdew jaħsbu biss fihom infushom u bdew iwaħħlu bi ħtija f’xulxin: spiċċat l-għaqda ta’ mħabba. U minħabba dan, sar l-ewwel delitt meta Kajjin qatel lil Abel. Il-ġenituri ma baqgħux jgħaddu biss l-imħabba sħiħa lil uliedhom iżda wkoll in-nuqqas (kap 4, 8-11).

 

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s