Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tal-Ħamis 19 ta’ April 2018

L-Evanġelju tal-Ħamis 19 ta’ April 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 6, 44-51

Donnu dik il-‘ħadd’ tagħti l-impressjoni li teskludi lil xi wħud. Iżda Ġesù mhux qed jgħid li l-Missier jagħżel lil min jiġbed lejn l-Iben. Qed jgħid li kulmin imur għandu jkun inġibed lejh mill-Missier. Kulħadd ikun mgħallem min Alla. Alla f’qalb kulħadd inissel ġibda lejn l-Iben. Huwa l-ispirtu ta’ Alla li jgħallem lil kulħadd, lil kull bniedem u jħajru jersaq lejn Ġesù. Hija grazzja u don ta’ mħabba għax l-Iben huwa t-triq, huwa l-verità u huwa l-ħajja. Ġesù wkoll huwa l-bieb li jiftaħ fuq dik it-triq, huwa d-dawl li jdawwal dik il-verità u huwa l-ħobż li jgħajjex dik il-ħajja. Bih, fih u miegħu; kollox isir bih u mingħajru ma jsir xejn.

Jista’ l-bniedem jilludi lilu nnifsu u jfassal Kristu għalih u jiġġustifika għemilu, anke jekk żbajlajt skont il-verità ta’ Alla, bil-kristu li jkun ħoloq għalih innifsu. Anke b’dan il-ġesù kristu maħluq u mfassal skont ix-xbieha tal-bniedem li ħolqu, il-bniedem jista jsejjaħ l-abjad iswed u l-iswed abjad. Ħafna għamlu hekk u għadhom jagħmlu hekk sallum. Il-bniedem li jinġibed lejn dan il-kristu mhux jagħti kas tal-ġibd ali jnissel fih Alla, mhux jagħti kas tat-tagħlim ta’ Alla, imma qed iqiegħed lilu nnifsu minfloku. Dan hu l-bniedem li jmut bil-ġuħ fit-triq li għażel għalih innifsu u fil-ħajja li jrid jgħix.

Ġesù ma jippreżenta lilu nnifsu bħala il-kollox li bih naslu għan dil-Missier. Ġismi huwa l-ħajja tad-dinja għax min jieklu jkollu l-qawwa tiegħu, jinbidel fih.

Meta nieħdu sehem fil-Liturġija, b’mod speċjali fil-Quddiesa, ma nkunux nirrepetu rit jew reċta, imma nkunu qed nieħdu sehem f’dak li hu ta’ Alla. Bil-misteru ta’ dan l-ilma u l-inbid, ikollna sehem minn natura divina ta’ Kristu kif hu jissieħeb magħna fin-natura tagħna l-bnedmin. Hemm nisimgħu il-Klema li tiftħilna għajnejna u timlilna qalbna bit-tama, li minkejja li t-triq tidher kultant wieqfa, il-verità tidher sfida kbira u l-ħajja bla sens, għal Alla kollox jista’ jkun u la Alla hu magħna min jista’ jkun kontra tagħna u jirbħilna! Hemm nieklu l-ikel li hu Kristu nnifsu biex jibdilna fih, biex kull nifs li nieħdu u joħroġ lura fi kliem u kull pass li nagħmlu, li jqarribna lejn il-għan, ikunu nfus u passi tiegħu; hu stess ikun u bih stess noqorbu lejh u fih stess ningħaqdu miegħu.

  1. Myriam Camiller
    April 19, 2018 at 1:23 pm

    I would like to receive every day the long comment of the daily readings. Accidently I unscripted. Thank you.

    • April 19, 2018 at 9:34 pm

      You may subscribe again by clicking on the link on the right of the page, just above the calendar. There you may enter your subscription details. Thank you.

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: