Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tal-Ġimgħa 27 ta’ April 2018

L-Evanġelju tal-Ġimgħa 27 ta’ April 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 14, 1-6

Il-qalb faċli titħawwad quddiem il-ħsieb tal-firda u tal-vojt li jasal wara, il-vojt tal-mhux magħruf, il-vojt li jista’ jġib miegħu il-ġdid u jneħħilna minn taħtna l-putruna komda ta’ dak li hu issa, anke jekk kultant skomdu; l-iskumdità naslu biex nidrawha ħafna iktar faċli milli nistgħu inwarrbu l-biża minn dak li jista’ jiġri.

Ġesù jħoss li d-dixxipli tiegħu qed iħallu lil qalbhom titħawwad, fiha hemm il-konfużjoni minħabba l-kuntrast bejn dak li kienu qed jistennew u dak li kienu qed jippjanaw u dak li fil-fatt kien għadu kif ħabbrilhom u dak li se jiġri fil-fatt. Ma fehmux, għal darba oħra u dak li ma stegħux jirraġunaw bil-moħħ dgħajjef tagħhom, mgħobbi xi ftit ukoll bl-inbid li kienu qed jixorb jixorbu u b’dak kollu li kienu raw u semgħu u qalbhom tħawdet.

Ġesù jwissihom biex ma jħallux dan jiġri. Tumas jesprimi dak li l-oħrajn xtaqu jgħidu u ġew bejn ħalltejn jekk jistaqsux jew le u ddeċiedew li aħjar jagħlqu ħalqhom.

Garanzija waħda jagħtihom: iridhom miegħu, iridna miegħu, mhux għal ftit imma għal dejjem. Dak kollu li jagħmilna bnedmin, il-kapolavur tal-ħolqien li fih hu kellu sehem, mhux talli ma jdejqux u ma jnaffrux minn magħna talli jridna miegħu għal dejjem. L-imħabba tiegħu għalina mhix imxellfa jew imtabba’ u ma tintemmx.

l-osservazzjoni u l-mistosija ta’ Tumas jgħinuna ħafna għax biex iweġibha Ġesù jurina tassew min hu: it-Triq, il-Verità u l-Ħajja. Min irid jasal irid jgħaddi minnu; min irid jinħeles irid jemmen lilu u min irid jgħix għal dejjem irid jgħix bih.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: