Il-Knisja llum tiċċelebra għall-ewwel darba t-tifkira ta’ Marija Omm il-Knisja


It-Tnejn 21 ta’ Mejju 2018: Illum il-Knisja Kattolika qed tiċċelebra għall-ewwel darba t-tifkira ta’ Marija bħala “Omm il-Knisja”.

Kien il-Papa Franġisku li f’Marzu li għadda ddeċieda li din il-festa għandha tiġi mfakkra t-Tnejn li jaħbat l-għada tal-Għid il-Ħamsin.

Vaticano_Mater_Ecclesiae.jpgDigriet tal-Kongrezzjoni Vatikana għall-Orazzjoni Divina u d-Dixxiplina tas-Sagramenti juri li l-qima lejn Marija bħala Omm il-Knisja għandha għeruq antiki fit-tradizzjoni Kattolika, li twassal sa żmien Santu Wistin u San Ljun il-Kbir.

It-titlu tal-Imqaddsa Marija Omm il-Knisja kellu l-bidu tiegħu meta minnha twieled Ġesù Kristu, ir-Ras tal-Knisja, u hija saret omm il-mifdijin kollha meta binha miet fuq is-salib.

Il-Beatu Papa Pawlu VI ikkonferma t-titlu solenni ta’ ‘Marija Omm u Xbieha tal-Knisja’ fid-diskors li kien għamel lill-Isqfijiet fil-Konċilju Vatikan II fil-21 ta’ Novembru 1964 u qal li għandha “tingħata dan il-ġieħ billi tissejjaħ b’dan l-isem ħelu li anki llum jintuża mill-poplu Nisrani kollu”.

Fis-sena 1975, fl-okkażjoni tas-Sena Mqaddsa tar-Rikonċiljazzjoni, il-Vatikan daħħal fil-Missal Ruman quddiesa speċjali, imsejħa “Quddiesa votiva”, f’unur il-Verġni Mqaddsa taħt it-titlu ta’ B. Mariæ Virginis, Ecclesiæ Matris, (Beata Marija Omm il-Knisja) u approva ukoll li dan it-titlu jiddaħħal f’diversi talbiet f’ġieħ Marija.

Rapport mis-sit tal-Arċidjoċesi ta’ Malta

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.