Minn Stormie Omartian
Wara li fis-17 ta’ Mejju 2018 konna ippublikjana din it-talba bl-Ingliz, issa bi pjaċir tagħna qed nippublikawha wkoll bil-Malti. Miġjuba għall-Malti minn Josephine Debrincat.
Meta nfaħħru lil Alla nkunu qegħdin inneħħu l-attenzjoni minn fuqna u npoġġuha fuqu. It-tifħir iressaqna viċin Alla u permezz tiegħu nikkomunikaw l-imħabba tagħna lejH. Meta nfaħħru lil Alla nkunu qegħdin l-aktar qrib Tieghu li nistgħu nkunu. U l-verita’ hi li inti issir dak li inti tadura!. Aktar ma tadura lil Alla aktar issir tixbhu ! Salm 22:3 jgħidilna “Alla jgħix fit-tifħir tal-Poplu tiegħu !.” Dan ifisser li kull darba li nfaħħru lil Alla, il-Preżenza tiegħu tiġi tgħammar ġewwa ħajjitna b’doża aktar qawwija – u l-akbar ħaġa li tiġri hi li l-Preżenza tiegħu tibdel kollox : Il-qalb tinbidel, il-moħħ jinbidel, l-attitudni tinbidel u l-mod ta’ ħajja li ngħixu jinbidel. Tista’ tassigura ruħek minn dan kollu: kull darba li tfaħħar lil Alla sejjer ikun hemm bidla ġewwa fik jew fiċ-ċirkustanzi tiegħek. Dan għaliex huwa impossibli li tiġi f’kuntatt mal-preżenza ta’ Alla u ma jkunx hemm bidla. Ir-raġuni hi għaliex inti qiegħed tiġi f’kuntatt ma’ dak kollu li Alla hu u dak jaffetwa dak kollu li huwa int. Din hi r-raġuni għaliex it-tifħir huwa talb li tibdel kollox.
Il-qawwa moħbija fit-tifħir tinsab għaliex hemm ċerti grazzji li Alla jixtieq jagħtina u dawn jiġu għandna x’ħin inkunu nadurawh. Fil-fatt meta nadurawh Alla juża’ l-istess adorazzjoni tagħna sabiex permezz tagħha Huwa jsawwab fina l-Ispirtu Tiegħu stess. U din hija verament ħaga tal-għaġeb meta xi ħaġa li hija kollha dwaru tkun l-istess mezz li Huwa juża sabiex ifawwarna bil-barkiet tiegħu. Alla jixtieq jibdilna għaliex Huwa jixtieq li nkunu aktar bħalu u aħna nsiru aktar nixbhuh kull darba li nadurawh. ! Alla jixtieq li nagħmulu t-talb ta’ tifħir u adorazzjoni mod ta’ ħajja – kull ġurnata : l-ewwel reazzjoni tagħna għal kulma jiġri tajjeb u ħazin- għal kull ma jiġri f’ħajjitna.
Iżda ħafna drabi aħna ninsew nfaħħru lil Alla speċjalmet waqt li nkunu għaddejjin minn żmien diffiċli – ż-żmien meta l-aktar neħtieġu li jseħħ xi bidla’. Ir-raġuni għaliex nibqgħu maħkumin minn ħsibijiet negattivi hi għaliex ma nkunux għamilna t-tifħir u l-adorazzjoni mod ta’ ħajja. Ir-raġuni għaliex ma nfaħħruhx huwa li ma nifhmux Alla min hu jew min hu verament jew ninsewh jew għandna bżonn li nkunu mfakkrin. Fil-ktieb tiegħi “The Prayer that changes everything: The hidden power of praising God” jiena nitkellem dwar l-attributi ta’ Alla li dejjem qegħdin hemm jiġri x’jiġri f’ħajjitna!. Dawn huma realtajiet li ninsew meta nkunu għaddejjin minn żmenijiet diffiċli. Pereżempju Alla huwa tajjeb. Iżda ħafna drabi jiġri li dan nafuh f’moħħna iżda mhux f’qalbna. Ma nafuhiex f’qalbna meta ħwejjeġ ħżiena jiġru. Mela jekk inti temmem li Alla huwa tajjeb inti mintix sejjer tiddubita minn dan jiġri x’jiġri. L-uniku mod li turi li temmen f’Alla li huwa kollu tjubija huwa li tfaħħar it-tjubija tiegħu. Aktar ma tfaħħar lil Alla għat-tjubija tiegħu aktar tiġi mwettqa fil-ħajja tiegħek.! U dan hu l-qawwa moħbija fit-tifħir lil Alla.
Ħaġa oħra li ħafna drabi ninsew dwar Alla fil-mumenti diffiċli hi li Hu jista’ kollox : Meta nħossuna dgħajfin jew bla saħħa jekk nfaħħruh bħala Alla kollu qawwa u omnipotenza naraw l-qawwa tiegħu isseħħ quddiem għajnejna .! Huwa jagħtina saħansitra sehem mill-istess qawwa tiegħu. Iqawwina sabiex nopraw bl-istess qawwa tiegħu. Nopraw u naġixxu b’ mod li nafu li ma stajniex nagħmluh weħidna ! Alla ma jridx li ngħixu mingħajr qawwa. Huwa jrid iqawwina sabiex ngħixu l-Ħajja li Huwa għandu għalina. It-tieni ittra ta’ San Pietru Kap 1: 3 tgħidilna li l-qawwa divina tiegħu tatna dak kollu li jeħtieġ biex ngħixu ħajja fix-xebh ta’ Alla. Dan il-qari mill-Kelma ta’ Alla jurina li permezz tal-qawwa msawba f’ruħna permezz tal-Ispirtu s-Santu aħna nieħdu sehem mill-istess natura ta’ Alla. Fi kliem ieħor bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu li jgħammar fina Huwa jurina mod kif inkunu aktar bħalu. U l-aktar ħaġa eċitanti dwar Alla hi li Hu kollu qawwa u dan ifisser li għal Alla kollox hu possibli. Meta inti tagħraf f’qalbek din l-qawwa ta’ Alla inti titqanqal biex tkun trid tadurah – tadura l-Qawwa ta’ Alla li ħalaq l-istess univers !
Fil-fatt aktar ma tkun taf dwar Alla aktar issibha diffiċli li ma tadurahx!. Permezz tat-tifħir u l-adorazzjoni aħna niftħu qalbna lejH u Hu jitfa’ ġewwa fina l-Imħabba tiegħu. Tista’ tħares lejha b’dan il-mod: Ġib quddiem għajnejk lembut kbir. Issa dan jintuża sabiex oġġett kbir jitpoġġa f’kontenitur iżgħar. Issa Alla jitfa’ l-Ispirtu tiegħu ġewwa fina kemm isib spazju. It-talb ta’ tifhir u adorazzjoni jistieden il-Preżenża ta’ Alla biex tiġi ġewwa fina b’ mod qawwi. U fil-proċess li jiġri dan kull emozzjoni negattiva li jkollna f’qalbna tispiċċa ! : Din hija l-qawwa moħbija tat-tifħir!
Mela meta l-għadu ta’ ruħek jagħmel ħiltu sabiex jaqtagħlek qalbek u jgħidlek – Inti mintix kapaċi… Inti dgħajef… Inti ma tistax tagħmilha…. faħħar lil Alla u Hu jagħtik saħħa bħal ajkla – li meta inti dgħajef Huwa qawwi – li inti tista’ kollox bi Kristu Ġesu’ li jqawwik. Meta l-affarijiet sejrin ħżiena, meta jiġru ħwejjeġ negattivi f’ħajtek faħħar lil Alla li Hu jista’ jagħmel kollx f’postu. Meta inti għajjien u ma tistax tkompli għaddej faħħar lil Alla li Huwa hu l-qawwa tiegħek. Meta inti fil-bżonn faħħar lil Alla li huwa Hu l-Providenza tiegħek. Meta qiegħed tibża’ faħħar lil Alla li Huwa l-Protezzjoni tiegħek. Meta ħwejjeġ ħżiena jiġru faħħar lil Alla li Huwa sejjer joħroġ it-tajjeb mis-sitwazzjoni li tkun tinsab fiha. Meta tħossok mgħobbi biċ-ċirkustanzi li tkun fihom faħħar lil Alla li huwa Alla tal-impossibli. Meta tagħmel it-tifħir u l-adorazzjoni l-ewwel reazzjoni ta’ kulma jiġrilek, dan il-kwalita’ ta’ talb jibdel lilek u ċ-ċirkustanzi li tkun fihom.
Int maħluq sabiex tadura lil Alla. Meta tadurah Huwa jkisser kull nuqqqas ta’ ħelsien li qiegħed jagħmlek skajv. Huwa jerfak ‘l fuq miċ-ċirkustanzi u l-limitazzjonijiet tiegħek. Huwa jonfoħ il-ħajja f’dawk il-postijiet f’qalbek fejn jeħtieġu l-fejqan. Huwa jibdlek. Huwa jimla l-postijiet vojta ġewwa qalbek. Huwa jeħilsek minn kull forma ta’ skajvitu. Huwa jneħħilek kull biza’ u kull dubju. Huwa jiftaħlek qalbek sabiex jitfa’ ġewwa fiha l-Qawwa tiegħu, l-Imħabba tiegħu u l-Ferħ tiegħu. Huwa jibdel l-attitudni tiegħek minn waħda ta’ nuqqqas ta’ ferħ f’paċi. Inħobbha din il-ħaġa dwaru. L-ewwel ittra lit-Tessalokin tgħidilna: ‘F’ kollox irringrazzjawh għax din hi r-Rieda ta’ Alla fi Kristu Ġesu’ għalikom.” Kull darba li nfaħħruh nkunu qegħdin nwettqu r-rieda tiegħu. Mela f’kull sitwazzjoni li qiegħed fiha itlob hekk : Infaħħrek Mulej f’din is-sitwazzjoni li ninsab fiha. – U din issir it-talba li tibdel kollox fil-ħajja tiegħek. !