L-Evanġelju tal-Ħadd 12 t’Awwissu 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 6, 41-51

Waħda mill-pjagi tal-Insara llum u allura hija pjaga oħra tal-Knisja kollha kemm hi, huma l-estremi, anke fi ħdan il-Knisja stess. Barra mill-fatt li l-estremi huma dejjem ħżiena għalina li naslu biex nitolbu lill-Ispirtu s-Santu biex jekk inkunu mħeġġa wisq irażżanna, l-estremisti ħafna drabi jduru għal xulxin u jużaw dak li suppost ikun il-mezz tal-għaqda ta’ bejniethom biex jinfirdu u jitbiegħdu minn xulxin.

Fl-imgħoddi konn nitwerwru mill-preżenza ta’ Alla fina u fostna; il-biża’ kienu jintuża biex il-bnedmin ikunu lejali għall-fedeltà tagħhom: estrem li jwassal biex Alla jidher ’il bogħod wisq biex tħares lejh u tagħraf min hu aħseb u ara bie xtersaq lejh – nitwerwru u naħsbuh fantażma kif għamlu d-dixxipli meta kienu jiġġieldu r-riħ fuq il-Baħar tal-Gallilija.

Minn naħa l-oħra llum għal ħafna id-differenza bejn il-ħallieq u l-maħluq, bejn Alla u l-bniedem, ma teżistix; Alla sar wieħed minnha jirraġuna bħalna, iħoss bħalna u jġib ruħu bħalna. B’mod indirett meta naħsbu hekk inkunu inqiegħdu lilna nfusna fuq l-istess livell tiegħu, allat bħalu. Din hija logħba perikoluża ħafna.

Il-Lhud tħawdu minħabba ħsieb li jixbah lil dawn l-estremi. Alla kien Alla u ’l bogħod minn kulħadd, u kulħadd hu kulħadd u tassew ’il bogħod minn Alla. kienu jgħidu li jemmnu li Alla jżomm kelmtu, għax il-kelma tal-Mulej tibqa’ għal dejjem, iżda donnom ikrtar kienu jemmnu li l-kelm atal-Mulej tibqa għal dejjem iżda ma sseħħ jew titwettaq qatt, u dak il-qatt u twil daqs l-eternità. Ġie f’daru niesu ma laqgħuhx, lanqas biss għarfuh.

Jekk Alla kellu jibgħat feddej, minn fejn kellu jiġi jekk mhux mingħand Alla! din ma setgħu iniżżluha qatt, u għadhom jippreferu sallum jistennew li l-wegħda sseħħ imma mhux lesti li meta sseħħ jilqgħuha. Il-problema għalina lkoll hi li aħan nistennew li Alla jġib ruħu kif irridu aħna u jagħmel dak li rridu aħna, meta rridu aħna. Fir-relazzjoni tagħna ma’ Alla ma nistgħux neskluduh u ndaħħlu minfloku alla skont it-tifsil ta’ moħħna. Ħadd ma jista’ jersaq lejn Ġesù jekk il-Missier ma jiġbdux lejh u jilqa’ bil-qalb u mill-qalb din is-sejħa, jiġifieri jkun lest għas-sorpriżi ta’ Alla, li, le, mhux bħalna u għalhekk jipproponilna dak li għalina lanqas hu possibli nimmaġinaw.

Il-kliem ta’ Ġesù huwa ċar daqs il-kristall u iżjed. Meta qe dnitkellmu dwar ir-relazzjoni tagħna ma’ Alla m’aħnie xnitkellmu fuq dak li hu tal-bniedem imma fuq dak li Alla qed jistieden lill-bniedem biex jagħarf u jgħix. Huwa għalhekk li min jemmen għandu l-ħajja ta’ dejjem u l-ħajja ta’ dejjem mhix frott ta’ ħsieb il-bniedem jew riżultat ta’ xi ħaġa li ppjana u ħadem imma hija l-frott tal-imħabba infinita ta’ Alla li għax iħobb jgħix u għax jgħix iħobb; dan hu l-univers infinit u etern ta’ Alla li min jagħrfu jgħix fih.

Il-manna hi ikel li jżommna ħajjin fuq l-art meta l-ġuħ jaħkimna u nitilfu s-saħħa ta’ ġisimna, u għall-grazzja ta’ Alla, illum manna għandna iżjed milli neħtieġu, għalkemm mhux kulħadd. L-ikel li jipproponi Ġesù mhux manna li tittiekel u tintrema’ iżda huwa hu nnifsu li jaħjina, jsostnina u jmantnina għall-ħajja ta’ Alla li ma tintemmx.

Ġesù jippreżentalna lilu nnifsu bħala l-ħobż li nieżel mis-sema biex niekluh u ngħixu l-ħajja tiegħu, il-ħajja ta’ dejjem. Jaf li mingħajr dan l-ikel qatt mhu se naslu li jkollna l-enerġija biex ngħixu minn issa kif jgħix hu, biex inħobbu kif iħobb hu.

Ninnota li ħafna nies ikollhom indiema tant kbira għal xi ħtijiet li jkollhom li ma jersqux lejn l-Ewkaristija u hekk minflokk jissaħħu biex b’determinazzjoni ikbar ma jerġgħux jiżbaljaw, ikunu qed jiddgħajfu u jiżbaljaw iktar. L-Ewkaristija mhux il-premju tal-imġieba tajba iżda l-mediċina li tfejjaqna u tqawwina. Għalhekk, ma nitqarbnux biss, meta jkollna dnubiet mejta. U dnub mejjet hu meta n-nuqqas ikun f’materja tassew serja, min jagħmlu irid ikun jaf li qed jagħmlu, jaf li bih qed joffendi lil Alla u jrid joffendih. Rari ħafna nidinbu b’dan il-mod; ħadd ma jqum filgħodu u jlesti lista ta’ offiżi li jrid iwettaq biex joffedni lil Alla. Għalhekk hu mportanti li nqerru regolari biex niksbu l-maħfra dejjem u nitqawwew bil-grazzja tas-Sagrament tal-Qrar u nitqarbnu spiss, jekk jista’ jkun, fil-Quddiesa kuljum, iżda żgur nhar ta’ Ħadd.

Huwa l-ikel għall-ħajja tad-dinja, għax jekk jgħixu l-bnedmin, id-dinja tgħix bihom.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.