Messaġġ tal-Papa lill-priġunieri


Il-Laqgħa Dinjija tal-Familji fl-Irlanda uriet li l-familji Kattoliċi għadhom ifittxu l-Knisja meta jkunu qed jiffaċċjaw xi sfida bħalma hi t-trobbija ta’ xi wild b’diżabilità, wara xi divorzju jew separazzjoni u fi problemi oħra.

Is-sit newsbook.com.mt irrapporta li waħda mid-diskussjonijiet waqt il-Kungess kienet dwar l-“Impatt li jħalli fuq il-Familji meta xi ħadd ikun il-Ħabs.”

fr1-habsSister Breda Coman, li hi Chaplain fil-Ħabs ta’ Midlands fl-Irlanda tgħid li l-impatt hu differenti għal familji differenti. Għal uħud dan iġib biżà u xokk, għal oħrajn hi l-ewwel esperjenza u għal oħrajn saħansitra jieħdu gost għax se jistrieħu. Imma fuq kulħadd tħalli impatt.

Għall-qraba ta’ priġunier il-ħabs hu esperjenza iebsa. Meta titlef – anke temporanjament – lil xi ħadd li tħobb hu ta’ qsim il-qalb. Imma din id-darba it-telfa mhux waħda normali.

Ruth Comerford, chaplain tal-Ħabs ta’ Mountjoy fl-Irlanda wkoll qalet li l-isfidi tal-bidu huma kbar. Tista’ tkun l-ewwel darba li xi ħadd tal-familja sab ruħu l-ħabs. Ma jafx ma’ min jagħmlu l-ewwel kuntatti. Ma jafux kif jibbukkjaw iż-żjarat lill-priġunier, ma jafux x’inhu permess li jkollhom il-priġunieri, ma jafux x’se jagħmlu bil-proprjetà u l-flus. Ma jafux kif se jmorru l-ħabs u x’jagħmlu bit-tfal. Ikunu mfixkla.

Ħafna drabi dawn il-familji jispiċċaw imwarrba mis-soċjetà, mgħajjra, jirċievu ittri u telefonati anonimi, u jispiċċaw bid-dar vandalizzata. Jibdew iġorru l-piż tal-mistħija: ir-raġel, il-mara, it-tifla jew tifel qegħdin il-ħabs. In-nies jaħsbu ħażin fuq il-priġunieri u dan iġib imbarazzament u mistħija lill-familja.

Mara li tmexxi ħabs għan-nisa qalet li l-Papa Franġisku hu ta’ ispirazzjoni. Il-fatt li f’kull pajjiż li jmur, iżur xi ħabs u l-messaġġ tiegħu ta’ mħabba u ġustizzja kulħadd għandu jisimgħu. Hu messaġġ ta’ tama: Aħna lkoll bnedmin, ilkoll indaqs, kulħadd jiżbalja. Il-parroċċi u ċ-ċentri komunitarji jistgħu jgħinu ħafna lil dawn in-nies.

L-Isqof Awżiljaru Eamonn Walsh ta’ Dublin li għal 13-il sena kien ukoll kappillan ta’ ħabs qal li l-priġunieri m’għandhomx biss x’jitgħallmu imma għandhom ukoll ħafna x’jgħallmuna. Minn din l-esperjenza hu tgħallem kif jimxi u jakkumpanja lin-nies u mhux jiġġudikahom. Jekk niefqu nimxu flimkien insiru soċjetà li tiġġudika. Soċjetà nteressata biss li tara l-irjus itiru u qatt ma npoġġu lilna nfusna fis-sitwazzjoni tal-oħrajn.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.