It-Tbatija


Kitba ta’ Angelo Xuereb

Fl-14 ta’ Settembru l-Knisja tiċċelebra l-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib filwaqt li l-għada tiġi ċċelebrata l-festa tad-Duluri tal-Verġni Marija. U għalhekk jixraq li nitkellmu dwar il-misteru tat-tbatija.

Ir-raġuni, il-għala l-bniedem ibati, kienet problema li ħabbtet diversi mħuħ matul is-sekli. Biżżejjed insemmu l-ktieb ta’ Ġob li pprova jwieġeb il-mistoqsija l-għala anki l-bniedem innoċenti jbati wkoll. Iżda s-soluzzjoni aħħarija nsibuha fi Kristu u fil-Verġni Marija. Għalkemm huma l-maħbubin ta’ Alla għaddew mit-triq tat-tbatija wkoll.

Jekk inħarsu bil-fidi lejn it-tbatija ma narawhiex daqshekk kerha iżda pjuttost  bħala mument meta l-bniedem jista’ jikber spiritwalment.

Hija teqred is-suppervja fil-bniedem. Jista’ jkun li l-bniedem meta jkun għaddej minn mumenti faċli, ma jagħtix kas ħafna ta’ Alla. Iżda t-tbatija tista’ turih il-limiti tiegħu u jdur aktar lejn Alla. Meta ngħid dan, ma nistax ma ngħidx li teżisti t-tendenza fi żmienna li meta l-bniedem isib ruħu quddiem it-tbatija jeħodha kontra Alla. U hekk it-tbatija flok tkun mument ta’ maturità spiritwali tispiċċa biex tkissru.

Għalhekk jeħtieġ li meta nkunu għaddejja minn mumenti li ma jkollniex tbatijiet partikulari, nieqfu ftit u nirriflettu: li wara l-bnazzi jiġi l-maltemp u fid-dinja kollox jitbiddel. Għandna nibnu relazzjoni intima ma’ Alla biex xħin jiġu l-mumenti ta’ tbatija ma jkissruniex imma jibnuna.

Fuq kollox, l-għalliema spiritwali matul is-sekli dejjem għallmu li waqt it-tbatija għandna nuru rassenjazzjoni kbira kif għamel Kristu waqt il-passjoni. Narawha ħierġa minn idejn Alla bi spirtu ta’ fidi avolja xi drabi jkunu bnedmin oħra li qegħdin jikkawżawha. Infatti Kristu fil-passjoni ma waħħal f’ħadd iżda qal li kien se jixrob il-kalċi li tah il-Missier.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.