L-Evanġelju tat-Tlieta 4 ta’ Settembru 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 4, 31-37

Fl-Evanġelju skont San Luqa l-ewwel ħidma ta’ Ġesù hija l-evanġeliżżazzjoni, jgħallem; għallem f’Kafarnahum, fejn probabilment ma kien jafu ħadd, u jidher li ma kellux problemi, għallem fis-Sinagoga ta’ Nazaret u dawk li kienu jafuh riedu jixħtuh minn fuq l-irdum għal isfel. San Ġorġ Preca kien jgħid li t-tagħlim hu l-għajn ta’ kull ġid. Mingħajru hemm dagħbien il-ħsara. L-għan ta’ Ġesù skont San Luqa wkoll hu li jgħallem, jiftaħ l-imħuħ u jmiss il-qlub biex il-bniedem li lest li jiftaħ widnejh biex jisma idur lejn Alla u jingħaqad miegħu.

Fir-raba kapitlu San Luqa jirrakkonta l-ewwel għaġeb li wettaq Ġesù, fis-Sinagoga ta’ Kafarnahum li għalkemm jidher storja ta’ eżorċiżmu simbolikament juri dak li Ġesù ġie biex iwettaq, ikeċċi l-ispirtu ta’ dak li jtellef milli l-bnedmin jaraw lil Alla kif tassew hu u jeħlishom minn kull irbit. Matul is-snin, il-bniedem għandu l-ħila jibdel lil Alla fi xbiehat maħluqa minnu, u ħafna li jisimgħuhom u jagħtu kashom, jgħixu ħajjithom jemmnu f’alla li mhux vera, alla maħluq u mfassal fuq dak li jivvinta dwaru il-bniedem. Dak li x-xitan m’għandux ħila jagħmel jagħmluh għalih il-bnedmin.

Fis-Sinagoga daħal dan ir-raġel bi spirtu ħażin, li mingħajr ma ġie ttentat, jaqbad jgħajja kontra Ġesù. Il-preżennza ta’ Ġesù, it-tajjeb, kienet biżżejjed biex tqanqal rejazzjoni feroċi fl-għadu tiegħu. Jien naf min int, il-qaddis ta’ Alla. L-għarfien inissel terrur fl-ispirtu ħażin, jaf fil-preżenza tal-qaddis ta’ Alla ma kienx hemm post għalih. Il-ħażin jaf li fil-preżenza tat-tajjeb huwa mhedded u għalhekk iħarrax l-attakki tiegħu u jsir vjolenti fl-imġieba tiegħu. Jekk il-ħażin irid jgħix it-tajjeb irid jinqered għax sakemm it-tajjeb huwa ħaj, l-eżistenza tal-ħażin tkun f’xifer l-irdum.

Il-qawwa tat-tajjeb tiżboq il-pretensjoni tal-ħażin u l-ispirtu joħroġ mir-raġel għall-ordni ta’ Ġesù. Iżda l-kuntest ta’ din it-tkeċċija tal-ħażin huwa l-għan tal-Qaddis ta’ Alla; huwa t-tixjin tal-injoranza permezz tat-tagħlim.

One thought on “L-Evanġelju tat-Tlieta 4 ta’ Settembru 2018”

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.