Ser tibda s-sena akkademika tal-Istitut Agostinjan


Sena Akkademika 2018 – 2019 fl-Istitut Agostinjan

Is-sena akkademika 2018 – 2019 fl-Istitut Agostinjan ġewwa tal-Pietà, sejra tibda’ nhar il-Ġimgħa, 5 t’Ottubru 2018. Fis-6.15, il-WR Prov. P. Lesie Gatt OSA, Preside tal-Istitut, imexxi konċelebrazzjoni Ewkaristika.

unnamedDin is-sena s-suġġett tal-lezzjonijiet hu Wistin ta’ Ippona u xi Missirijiet tal-Knisja: Bennejja ta’ pontijiet bejn ir-reliġjonijiet. Il-qofol tal-lezzjonijiet hu d-diskors dwar l-ekumeniżmu. Minbarra għadd ta’ għalliema mill-Fakultà tat-Teoloġija tal-Università ta’ Malta, sejjer jagħti taħdida wkoll ir-Revdmu Mons. Prof. Gabriel Quicke, President tad-dar prestiġjuża tal-istudji teoloġiċi ta’ Louvain, u President tas-Seminarju Djoċesan Ljun XIII ġewwa l-Belġju.

Il-lezzjonijiet ikunu kull nhar ta’ Ġimgħa, mill-5 t’Ottubru 2018, sal-Ġimgħa, 7 ta’ Diċembru 2018, bejn is-6.15pm u s-7.15pm. Parkeġġ ġewwa l-grawnd tal-Kulleġġ S. Wistin, Pietà. Ħlas jista’ jsir b’ċekk: Prof. S. Caruana OSA, jew dak in-nhar tal-ftuħ. Għal aktar tagħrif: Prof. P. Salvinu Caruana OSA PO Box 61 Msida PO MSD 1000 – E. caruana.salvino@gmail.com – M. 7929 4177 – T. 2124 9407; Ms A. Borg – E. toineborg@onvol.net – M. 9945 0099 –  M. 7770 8700 – T. 2701 0827

Ktieb dwar Martinu Luteru u r-Riforma

Nhar il-Ġimgħa, 12 t’Ottubru 2018, fis-7.00pm, fis-sala tal-Kulleġġ S. Wistin, Pietà sejra tittella’ serata li matulha jitressaq għall-pubbliku Malti u Għawdxi, il-ktieb tal-Professsur P. Salvinu Caruana OSA “Jien s’hawn nista’“. (Martinu Luteru) Riforma jew riforma? Minbarra li sejrin jindaqqu xi siltiet mużikali ta’ żmien Luteru minn żewġ mużiċisti lokali, ir-Revdmu Mons. Professur Hector Scerri, Viċi-Dekan tal-Fakultà tat-Teoloġija tal-Università ta’ Malta, sejjer jitħadded dwar il-ktieb ta’ P. Salvinu Caruana. Il-ktieb ikun għall-bejgħ għall-prezz speċjali għal dak in-nhar. Jippresiedi s-serata l-WR P. Leslie Gatt OSA, Provinċjal. Wara jkun hemm riċeviment. Parkeġġ fil-grawnd tal-Kulleġġ S. Wistin. Għal aktar tagħrif: Prof. P. Salvinu Caruana OSA PO Box 61 Msida PO MSD 1000 – E. caruana.salvino@gmail.com – M. 7929 4177 – T. 2124 9407; Ms A. Borg – E. toine.borg@onvol.net – M. 9945 0099 –  M. 7770 8700 – T. 2701 0827

Academic Year 2018 – 2019 at the Augustinian Institute

The Academic Year 2018 – 2019 at the Augustinian Institute will commence on Friday 5th October 2018. At 6.15pm the VR Provincial Leslie Gatt OSA, and Preside of the Institute, will preside the Eucharistic celebration.

This year’s theme will discuss Augustine of Hippo and some other Fathers of the Church as Bridge-builders for religions. The focus will be on Augustine as model for ecumenism. Besides members from the Faculty of Theology at the University of Malta, the newly-elected President of the prestigious House of Studies, the Holy Spirit College in Louvain, and President of Leo XIII Seminary, the Rt Revd Mgr Prof. Gabriel Quicke, will also be delivering a lecture.

Lectures are on every other from Friday, 5th October to Friday 7th December 2018, from 6.15pm to 7.15pm. Ample parking space available in adjacent St Augustine’s College grounds. Fees will be received by post (cheque to be drawn on Revd Prof. Salvino Caruana), or on day of commencement of lectures. For further info: Prof. S. Caruana OSA PO Box 61 Msida PO MSD 1000 caruana.salvino@gmail.com; M. 7929 4177 T. 2124 9407; Ms A. Borg E. toineborg@onvol.net M. 9945 0099 – M. 7770 8700 T. 2127 0827.

New publication on Martin Luther and the Reformation

On Friday, 12th October 2018, at 7.00pm at St. Augustine’s College, Pieta’, Revd Prof. Salvino Caruana’s new book on Martin Luther: “Jien s’hawn nista’“. (Martinu Luteru) Riforma jew riforma? will be presented to the public. Throughout the event, two local musicians will perform some musical pieces from the times of Martin Luther. Mgr Prof. Hector Scerri, Pro-Dean of the Faculty of Theology at the University of Malta, will deliver an appreciation of Prof. Caruana’s book. The book will be on sale at a special price for the occasion. The VR Fr Provincial Leslie Gatt OSA will preside the evening. Drinks will follow. Ample parking spaces in the College grounds. For further info: Prof. S. Caruana OSA PO Box 61 Msida PO MSD 1000 E. caruana.salvino@gmail.com; M. 7929 4177 T. 2124 9407; Ms A. Borg E. toine.borg@onvol.net M. 9945 0099 – M. 7770 8700 – T. 2127 0827.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.