L-Isqof Mario Grech quddiem is-Santu Sepulkru fil-Bażilika tal-Qabar Imqaddes, Ġerusalemm


L-Erbgħa, 19 ta’ Settembu 2018: Omelija tal-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex fil-Quddiesa quddiem is-Santu Sepulkru fil-Bażilika tal-Qabar Imqaddes, Ġerusalemm.santu-sepulkru.jpeg

ĠESÙ JAFNA B’ISIMNA

Id-dnub huwa parti mill-istorja tiegħi u tiegħek. Ġieli naqtgħu qalbna għax nibdew nissuspettaw li proprju minħabba din l-għaġna qatt ma nistgħu naraw wiċċ Alla.

Imma l-qabar ta’ Kristu li llum qegħdin quddiemu mhux biss huwa l-post fejn Kristu bil-mewt u l-qawmien tiegħu għażżaq id-dnub tagħna, imma huwa wkoll il-post fejn Kristu, wara li kien iltaqa’ ma’ Ommu Marija, għamel l-ewwel dehra tiegħu bħala Rxuxtat lil Marija ta’ Magdala – dik li minnha kien keċċa seba’ demonji!

Ġesù rebbieħ fuq il-mewt kif ma deherx lil Pietru li għamel tliet snin ma’ djulu u għażlu bħala l-blata li fuqha bena l-Knisja tiegħu? Kif ma deherx lil Ġwanni li hu kien tant iħobb – dak Ġwanni li kellu fidi kbira tant li xħin daħal fil-qabar, ra u emmen?

Ġesù għażel li jidher lil Marija ta’ Magdala għax, għalkemm kienet midinba, kellha qalb kbira: kienet tħobbu ħafna għax kienet ġarrbet xi tfisser il-fidwa li wettaq Ġesù.

Nixtieq li quddiem dan is-Sepulkru nisimgħu lil Ġesù jsejħilna b’isimna kif sejjaħ lil Marija ta’ Magdala. Filwaqt li għal ħafna l-bniedem illum sar numru, Ġesù, li jagħraf in-nagħaġ tiegħu b’isimhom, mhux ser jinsa x’jisimna. Marija ma għarfitux għax ratu, imma għax semgħet leħnu. Aħna lil Ġesù ma narawhx, imma Kelmtu tixxandrilna kontinwament. Meta nisimgħu l-Kelma tiegħu, aħna niltaqgħu miegħu.

Minn din il-laqgħa ma’ Kristu Rxoxt, Marija ta’ Magdala ssir Appostlu tal-Appostli. Fi tmiem dan il-pellegrinaġġ nitolbu l-grazzja li lkoll kemm aħna nitħeġġu meta nisimgħu lil Ġesù jgħajtilna b’isimna, anki jekk aħna midinbin, u mmorru lura f’pajjiżna nxandru din il-Bxara t-tajba.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.