L-Arċisqof fil-Vatikan għas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-żgħażagħ


youth-synod-2018-1-660x350-1538466630.jpgIt-Tlieta, 2 ta’ Ottubru 2018: L‑Arċisqof Charles J. Scicluna llum ħalla Malta għal Ruma biex jieħu sehem fil‑15‑il Assemblea Ġenerali Ordinarja tas‑Sinodu tal‑Isqfijiet fil‑Vatikan, bit‑tema ‘Iż‑Żgħażagħ, il‑Fidi u d‑Dixxerniment Vokazzjonali’. Is‑Sinodu ser jibda għada l‑Erbgħa, 3 ta’ Ottubru u jintemm il‑Ħadd, 28 ta’ Ottubru 2018.

Għal dan is‑Sinodu li sejjaħ il‑Papa Franġisku ser jattendu 165 isqof, kif ukoll numru ta’ żgħażagħ minn madwar id‑dinja li flimkien ser jiddiskutu kif il‑Knisja twassal il‑messaġġ tagħha lill‑ġenerazzjoni żagħżugħa, u kif iż‑żgħażagħ stess jistgħu jwasslu l‑Bxara t‑Tajba tal‑Evanġelju.

Kien f’Ottubru 2016 li l‑Papa Franġisku ħabbar li ż‑żgħażagħ ser ikunu l‑protagonisti tal‑Knisja matul is‑sena 2018. Fix‑xhur ta’ qabel is‑Sinodu, l‑isqfijiet u l‑entitajiet tad‑djoċesijiet li jaħdmu fil‑pastorali maż‑żgħażagħ, iddiskutew mal‑adolexxenti u ż‑żgħażagħ l‑aspettattivi, il‑bżonnijiet, ix‑xewqat, il‑biżgħat u r‑relazzjonijiet tagħhom fid‑dinja tal‑lum. F’Malta, l‑Arċisqof Scicluna kellu serje ta’ laqgħat ma’ żgħażagħ minn realtajiet differenti u attivitajiet oħra organizzati mill‑entità tal‑Arċidjoċesi responsabbli mill‑pastorali maż‑żgħażagħ, il‑Malta Catholic Youth Network (MCYN). Dawn kienu jinkludu l‑festival Encounter li sar f’April u l‑konferenza Plexus li saret f’Settembru li għadda.

Bi tħejjija għal dan is‑Sinodu, f’Marzu li għadda 300 żagħżugħ, fosthom id‑delegat tal‑Arċisqof għaż‑żgħażagħ, Benjamin Flores‑Martin, iltaqgħu mal‑Papa Franġisku sabiex jaqsmu l‑esperjenzi tagħhom tal‑ħajja Nisranija u ta’ kif il‑Knisja takkumpanja liż‑żgħażagħ. Din il‑laqgħa wasslet biex jitfassal working document (Instrumentum Laboris), li fuqu ser ikun ibbażat is‑Sinodu tal‑Isqfijiet.

Is‑Sinodu ser iservi sabiex il‑Knisja tagħraf l‑irwol importanti tagħha li takkumpanja lill‑adolexxenti u ż‑żgħażagħ; tiġġedded bl‑ispirtu żagħżugħ; u tiskopri kif tista’ tkun id‑dawl, il‑melħ u l‑ħmira tad‑dinja.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.