Il-Papa f’Dar Sta Marta: In-nisrani veru jinnamra mal-Mulej


It-Tlieta 9 ta’ Ottubru 2018: Il-muftieħ biex fil-ħajja nisranija ma niżbaljawx hu li nkunu ‘namrati’ tal-Mulej u fih inisbu ispirazzjoni f’kull ma’ nagħmlu. Hekk kien Pawlu l-Appostlu li llum jiddeskrivi ħajtu fl-ewwel ittra tiegħu lill-Galatin. Ekwilibriju bejn il-kontemplazzjoni u s-servizz, żewġ kwalitajiet li jiddeskrivilna tant tajjeb il-Vanġelu tal-lum meħud minn San Luqa, li jirrakkonta l-istorja ta’ Marta u Marija, ħut Lażżru ta’ Betanja, storja li sseħħ fid-dar tagħhom.

Huma żewġ aħwa bniet u l-mod kif qed iġibu ruħhom, spjega Franġisku waqt l-omelija tal-quddiesa fil-kappella tad-Dar Santa Marta, dalgħodu, jgħallmuna kif nimxu ‘l quddiem fil-ħajja nisranija.

Marija kienet qed tisma’ lill-Mulej filwqat li Marta kienet aljenata għax moħħha fil-qadi. Marta hi waħda minn dawk in-nies sodi, innota l-Papa, bil-ħila li ċċanfar lill-Mulej għax ma kienx preżenti meta kien miet ħuhom Lazzru. Taf tkun kuraġġuża, osserva l-Papa, imma nieqsa mill-kontemplazzjoni, nieqsa mill-ħila li “tqatta’” l-ħin tħares lejn il-Mulej”.

Hemm bosta nsara li veru, imorru l-quddies nhar ta’ Ħadd, imma mbagħad dejjem bieżlin. M’għandhomx ħin la għal uliedhom, lanqas biex joqgħodu jilgħabu ftit magħhom: dan hu ikraħ, qal Franġisku. Dejjem għandhom x’jagħmlu, m’għandhomx ħin. Fl-aħħar isiru segwaċi tar-reliġjon ta’ “dejjem għandi x’nagħmel”, qatt ma jieqfu, dejjem għaddejjin.

Imma ieqaf, issokta Franġisku, ħares lejn il-Mulej, aqbad il-Vanġelu f’idejk, isma’ l-Kelma t’Alla, iftaħ qalbek….. Iżda hemm min il-lingwaġġ tiegħu hu dejjem dak tal-idejn… u jagħmlu l-ġid, imma mhux ġid nisrani; huwa ġid uman. Dawn in-nies neqsin mill-kontemplazzjoni. Dan kellha nieqes Marta. Kienet kuraġġuża, dejjem miexja, tagħmel kollox, imma nieqsa mill-paċi: kienet nieqsa mir-rieda li tqatta’ l-ħin tħares lejn il-Mulej.

Bil-maqlub Marija: hi mhix waħda minn dawk li tehda ma tagħmel xejn. Hi kienet qed tħares lejn il-Mulej għax il-Mulej kien qed imissilha qalbha u mill-ispirazzjoni tal-Mulej, kisbet l-għajn minn fejn tagħmel ix-xogħol li għandu jsir wara.

Hija r-regola ta’ San Benedittu: Ora et Labora (Itlob u Aħdem), li jinkarnaw fihom ir-reliġjużi tal-klawsura, li, insista l-Papa Franġisku, żgur ma jqattgħux il-ġurnata jħarsu lejn is-sema. Jitolbu u jaħdmu. U, fuq kollox, dan hu dak li jikteb l-Appostlu Pawlu, kif naqraw fl-ewwel qari tal-lum: meta “Alla għażlu”, ma marx jipprietka mill-ewwel, l-ewwel mar jitlob, mar jikkontempla l-misteru ta’ Ġesù Kristu li kien ġie rivelat lilu.

Kull ma kien jagħmel Pawlu, kien jagħmlu b’dan l-ispirtu ta’ kontemplazzjoni, issokta l-Papa, b’ħarstu fuq il-Mulej. Kien il-Mulej li jitkellem permezz ta’ qalb Pawlu għax kien innamrat mill-Mulej. Din il-kelma hi l-muftiħ li ma jħalliniex niżbaljaw: namrati.

Biex aħna nkunu nafu fejn ninsabu, jekk aħniex nesaġeraw għax il-kontemplazzjoni hija wisq astratta, jew jekk aħna aħniex nies li dejjem għaddejjin, irridu nistaqsu lilna nfusna: Jien innamrat mill-Mulej? Ċert, ċerta li Hu għażilni? Jew ngħejx il-kristjaneżmu tiegħi nagħmel xi ħaġa bla ma nħares ġo qalbi, bla ma nikkontempla?

Tixbaħ lir-raġel li meta jasal lura d-dar wara x-xogħol isib lil martu tilqgħu: dik li verament hi namrata ma ssellimlux u mbagħad tkompli bix-xogħol tagħha tad-dar, imma tqatta’ ż-żmien miegħu. Allura aħna wkoll għandna nfittxu l-ħin għall-Mulej, biex naqdu lill-oħrajn.

Kontemplazzjoni u servizz: din hi t-triq ta’ ħajjitna. Kull wieħed u waħda minna jaħseb: kemm nagħti ħin tul il-ġurnata biex nikkontempla l-misteru ta’ Ġesù? U mbagħad: kif naħdem? Naħdem tant li nkun dejjem aljenat, jew naħdem b’koerenza mal-fidi li nħaddan, naħdem bħala servizz li jiġini mill-Vanġelu? Dan itina ħafna dwar xiex naħsbu!

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.