Messaġġ mill-Arċisqof Scicluna fl-ewwel anniversarju mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia


It-Tlieta, 16 ta’ Ottubru 2018: Knisja ta’ San Franġisk ta’ Assisi, il-Belt Valletta.470215-740xnone.jpg

F’għeluq l‑ewwel anniversarju mill‑assassinju tal‑ġurnalista Daphne Caruana Galizia, iltqajna għal darb’oħra madwar il‑mejda tal‑Ewkaristija li tfakkarna fl‑akbar inġustizzja: il‑qtil ta’ Ġesù, vittma innoċenti; kif ukoll fl‑għotja ta’ mħabba sħiħa tiegħu fuq is‑salib, u fir‑rebħa tiegħu fuq il‑ħażin u fuq il‑mewt. Mill‑Ewkaristija nibqgħu nieħdu s‑saħħa tagħna biex nibnu s‑Saltna tal‑Ġustizzja u tas‑Sewwa fuq din l‑art.

Ħsiebna jmur illum lejn Daphne li għaliha noffru t‑talb tagħna b’suffraġju għal ruħha; imma wkoll lejn il‑ġenituri tagħha, Michael u Rose; żewġha Peter u wliedha Matthew, Andrew u Paul; ħutha Corinne, Mandy u Helene; u lejn il‑familjari u l‑ħbieb tagħha li wkoll saret inġustizzja magħhom li ma tistax tissewwa. Il‑preżenza tagħna llum hija turija ta’ solidarjetà magħkom u messaġġ li intom m’intomx waħidkom!

Is‑sena l‑oħra, waqt l-omelija tal-funeral ta’ Daphne Caruana Galizia, kont għedt lill‑ġurnalisti biex ma jibżgħux, biex qatt ma jgħejjew fir‑rwol tagħhom li jkunu l‑għajnejn, il‑widnejn u x‑xofftejn tal‑poplu mingħajr biża’ u b’rispett sħiħ lejn il‑verità. Kont għedt: “Aħna għandna bżonnkom ħielsa, intelliġenti, inkwiżittivi, onesti, sereni, u protetti”. Il‑mewt ta’ Daphne kien l‑ewwel assassinju f’Unjoni Ewropea ħielsa u demokratika, ta’ ġurnalista maħsuda mill‑ħajja minħabba l‑qadi ta’ dmirijietha; imma ma kienx l‑aħħar. Illum infakkar u nsellem il‑memorja ta’ ġurnalisti oħra li nqatlu matul din is‑sena u nżommuhom ukoll fit‑talb tagħna. Iktar minn qatt qabel, il‑ġurnalisti jeħtieġu l‑protezzjoni tal‑Istat u tas‑soċjetà biex iħarsu l‑libertajiet taċ‑ċittadini kollha.

Nagħtikom il‑barka pastorali tiegħi.

✠ Charles J. Scicluna

Arċisqof ta’ Malta

Ritratt: Reuters/Darrin Zammit Lupi

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.