Fil-Knisja Ġwanni Pawlu II ħalla marka li ma titħassarx – il-Papa Franġisku


It-Tlieta 16 ta’ Ottubru 2018: Il-Qdusija Tiegħu Franġisku kiteb ittra lill-isqof ta’ Alba fl-okkażjoni tal-konvenju li sar fit-13 ta’ Ottubru li għadda biex jiċċelebra l-40 anniversarju tal-ħatra ta’ Karol Wojtyla fuq it-tron ta’ Pietru

“Nixtieq nuri l-apprezzament tiegħi għall-inizjattivi kulturali u pastorali mnedijin mid-djoċesi ta’ Alba bl-għan li jitfakkar it-tagħlim u l-ħajja eżemplari ta’ San Ġwanni Pawlu II, li ħalla marka li ma titħassarx fil-Knisja u fis-soċjetà”.

Dan kitbu l-Papa Franġisku f’ittra indirizzata lill Isqof ta’ Alba, Mons. Marco Brunetti, fl-okkażjoni tal-konvenju biex jitfakkar l-40 anniversarju mill-ħatra ta’ Karol Wojtyla bħala Suċċessur ta’ Pietru.

Fl-ittra li ġġib id-data tal-1 ta’ Awwissu, 2018, il-Papa Bergoglio jawgura li din l-inizjattiva tqanqal ix-xewqa li niddedikaw ruħna bi ħrara missjunarja għas-servizz tal-Vanġelu.  Jalla, jtemm il-Papa Franġisku, hu u jindirizza lill-parteċipanti tal-konvenju li sar nhar is-Sibt li għadada, 13 ta’ Ottubru,  tiskopru mill-ġdid ix-xhieda tal-fedeltà lejn Alla u ta’ mħabba lejn il-bniedem ta’ dan il-meqjum predeċessur tiegħi u kulħadd jitħeġġeġ, speċjalment iż-żgħażagħ, biex jiftaħ il-bibien tiegħu għal Kristu b’impenn ġeneruż favur il-paċi, il-fraternità u s-solidarjetà.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.