Messaġġ miż-żgħażagħ tal-Iraq lill-Papa, “Nittamaw li għad narawk fl-Iraq”.


‘L-Intervent li ġibed l-iktar applaws fis-Sinodu’ mill-Iraq

It-Tnejn 15 ta’ Ottubru 2018: ‘Għandi messaġġ miż-żgħażagħ għall-Q.T.: huma jittamaw li jum wieħed għad jarawk fl-Iraq!’

Dan hu l-intervent, kif mogħti mill-Vatikan, ta’ Mr Safa Al Abbia, Membru tal-Knisja tal-Kaldin fl-Iraq, li qed iservi bħala awditur fis-Sinodu tal-Isqfijiet, illi dawk preżenti kienu qablu li rċieva l-akbar applaws fis-Sinodu kollu. Hawnhekk ZENIT qed iġġibilkom l-intervent kollu, provdut mill-Vatikan.

Santità, Eminenzi, Għeżież Ħbieb,

Tislijiet mill-Mesopotamja, “l-Iraq miġruħ.”

captureJiena dentist Iraqi ta’ 26 sena u Nisrani.

L-Insara ilhom fl-Iraq sa mill-ewwel Seklu. Matul l-istorja tagħhom kienu vittmi tal-persekuzzjoni minħabba l-fidi tagħhom. Dan ġara speċjalment wara s-sena 2003.

Meta ħadt sehem qabel (darbtejn, hawnhekk), kelli ħerqa sabiex nitkellem dwar art twelidi, fil-waqt li d-diskussjonijiet li kienu għaddejjin kienu dwar suġġetti aktar importanti, li huma differenti mir-realtà fl-Iraq u pajjiżi oħrajn tal-Lvant Nofsani.

Huwa tabilħaqq importanti li titkellem dwar il-familja, is-sesswalità u l-medja soċjali. Madankollu, l-ikbar sfidi li qegħdin isibu quddiem wiċċhom iż-żgħażagħ fl-Iraq huma l-paċi u l-istabbiltà, u l-bżonn li jgħixu b’mod dinjituż.

F’ċirkostanzi daqshekk diffiċli, dawk li jemmnu, fosthom iż-żgħażagħ, qed jitqabdu sabiex jibqgħu sodi fil-fidi tagħhom, bħala xhieda ta’ Ġesù Kristu u t-tradizzjonijiet, valuri u liturġija. Din it-taqbida tidher ċara meta wieħed iqis l-għadd ta’ martri li xerrdu demmhom fl-Iraq. Iktar minn 1224 Nisrani inqatlu, nofshom żgħażagħ. Eżempju ta’ dan ġara waqt il-Quddies tal-Ħadd fil-Katidral Sirjak tal-Madonna tas-Salvazzjoni, f’Ottubru tas-sena 2010, li ħalla 58 vittma, fosthom żewġ saċerdoti żgħażagħ, is-Saċerdoti Wassem and Thaaer.

Seħħ ukoll il-qtil taż-żagħżugħ saċerdot Kaldin Regheed u l-Isqof Paulus Faraj Raho, kif ukoll l-ibbumbardjar kontinwu ta’ għadd ta’ knejjes, fosthom dik fejn immur jien. Ma nista’ ninsa qatt l-uċuh ta’ ħbiebi li, wara l-Quddiesa qaluli “narawk il-ġimgħa d-dieħla” u ma rajthom qatt iżjed. Mietu, maħruqin b’karozza bomba. Iżjed minn hekk, it-theddid ma jaqta’ qatt, kif ukoll ħtif tan-nies u qtil, minħabba l-identità Nisranija tal-persuna. Wara dan kollu, seħħew ukoll, traġedja, l-azzjonijiet tat-terroristi tal-ISIS. Matul l-invażjoni ta’ Mosul u l-Pjanuri ta’ Nineveh, iktar minn 120,000 Nisrani tkeċċew minn djarhom f’lejl wieħed. Barra minn hekk iż-żgħażagħ Iraqin qegħdin isofru min-nuqqas ta’ opportunitajiet fejn jistgħu isibu x-xogħol, qed jitbaxxa l-livell tal-edukazzjoni u tal-valuri soċjali, u l-liġi hija assenti. Bħala riżultat ta’ dak kollu li għaddew minnu, iż-żgħażagħ Iraqin qed jistaqsu dwar l-impatt fuq il-ħajja tagħhom għax huma Iraqin, x’inhu ir-rwol, ta’ Alla u tal-Knisja, minkejja li l-Knisja qed tagħmel l-aħjar ħila tagħha biex tgħinhom..

Dawn il-kondizzjonijiet irrendew liż-żgħażagħ mbeżżgħin mill-ġejjieni, u qed ineħħulhom kull ħeġġa biex jissoktaw fix-xjenzi, fl-edukazzjoni u li jiżżewġu. Huma ħasbu li s-soluzzjoni kienet l-emigrazzjoni. Minn total ta’1.5 miljun Insara Iraqini, l-għadd tagħhom issa niżel għal 400,000. U l-biża’ hu li se jkomplu jonqsu bis-sħiħ, u għad jasal jum meta fl-Iraq ma jknunx baqa’ Insara.

Biex nagħlaq, napprezza t-talb tagħkom għall-Iraq u l-Insara tiegħu. Iżda, nixtieq infakkar lil kulħadd illi, flimkien mat-talb, għandha tingħata attenzjoni speċjali mhux biss liż-żgħażagħ fl-Iraq imma wkoll f’dawk il-ħafna pajjiżi oħrajn fejn l-Insara huma minoranza u jeħtieġu kull għajnuna, kif ukoll il-Knejjes tagħhom.

Minkejja kollox, tajjeb li wieħed isemmi li fl-Iraq għad għandna grupp ta’ żgħażagħ li qed jgħixu l-fidi tagħhom bħala xhieda ta’ Ġesù Kristu

Fl-aħħarnett, għandi messaġġ miż-żgħażagħ għall-Q.T.: huma jittamaw li jum wieħed għad jarawk fl-Iraq.

ZENIT STAFF SINODU 18

Miġjub għall-Malti minn Louis Spiteri

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.