Avvent ma’ Marija – L-Ewwel Ħadd tal-Avvent.


Nazaret – L-Ewwel Ġimgħa – Il-Ħadd

RITMU
“Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret”. – Luqa 1:26

CaptureFi żmien Ġesù, Nazaret kienet raħal ċkejken tal-Galilija fit-tramuntana tal-Palestina b’popolazzjoni ta’ inqas minn ħames mitt ruħ. F’għajnejn il-parti l-kbira tal-Lhud, kienet belt ta’ ftit li xejn importanza. Fil-fatt, fi Ġwanni 1:46, Natanjel jiddieħak b’kemm ma kienx importanti dan ir-raħal meta jistaqsi: “Tista’ toħroġ xi ħaġa tajba minn Nazaret?”.

Bħala raħal insinifikanti mwarrab lejn it-tarf tal-Baħar tal-Galilija, ftit li xejn kien hemm x’tara f’Nazaret. Kien ċkejken. Kien fqir. Ma kellux pretensjonijiet. Nazaret ma kellu xejn x’jaqsam mal-ġenn ta’ belt kbira. Ir-ritmu tal-ħajja f’Nazaret kien ħafna bħar-ritmu tal-ħajja f’kull belt ċkejkna oħra. Il-ħajja kienet sempliċi. Ir-ritmu kien iktar kajman.

Imwielda Nazaret, Marija żgur kellha dispożizzjoni tal-qalb li kienet tirrifletti r-raħal li fih kienet kibret. L-ambjent ta’ barra li ngħixu fih għandu x’jaqsam ħafna mal-ambjent ta’ ġo fina. Ir-ritmu ta’ Nazaret minn barra għen biex Marija rawmet fiha qagħda kontemplattiva.

Iż-żmien sekularizzat tal-Milied li qegħdin fih la hu ċkejken, la sempliċi, u lanqas kajman. Fil-fatt, għal ħafna minna, meta jibda joqrob il-Milied, ir-ritmu tal-ħajja kulma jmur isir iktar mgħaġġel. Hemm ir-rigali x’nixtru, il-festini x’nattendu, u l-vaganzi x’nippjanaw.

Hekk kif id-dinja madwarna tibda tgħaġġel u tiġġennen, l-Avvent mill-banda l-oħra jistedinna biex nikkalmaw. Hekk kif ir-ritmu ta’ Nazaret sawwar il-qalb tal-Omm ta’ Alla, Marija tixtieqna nimxu b’pass iktar kajman biex nistgħu nilqgħu dak li laqgħet hi. Għalhekk, ikkalma. Iskot. Isma’. Wara kollox, x’għaġla hemm? Fil-verità, għalxiex qed nitħejjew?

Għat-talb tiegħek
Marija żgur kienet titlob bis-Salm 131. Ħejji t-talba immaġinattiva tiegħek billi taqra bil-mod is-Salm 131. Imbagħad, itlob bl-immaġinazzjoni tiegħek bit-test ta’ Luqa 1:26 u lill-Ispirtu s-Santu urih ix-xewqa li jurik kif kienet il-ħajja f’Nazaret. Imbagħad, għid din it-talba:

“Missier, minkejja kemm għandi x’nagħmel fil-ħajja tiegħi minn barra, nitolbok tikkalmani minn ġewwa.”

Xi kliem laqtek l-iżjed int u titlob?
X’kien li ħassejt jiċċaqlaq fil-qalb tiegħek?

 

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.