Evanġelju tal-Ħadd 30 ta’ Diċembru 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 2, 41-52

Kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa tal-Għid. Ġużeppi kien raġel ġust jgħidilna San Mattew, għa xil-liġi kienet f’qalbu, f’moħħu u fuq il-kfef ta’ jdejh. Biha kien jaħseb, biha kien iħobb u biha kien jgħix f’dedikazzjoni sħiħa lil Alla u lejn martu Marijau ibnu putattiv. Marij akienet il-qaddejja tal-Mulej u dak li joħroġ minn fommu kien in-nifs li bih tgħix; ħa jsir minni skont kelmtek. Il-pellegrinaġġ għal Ġerusalemm ta’ kull sena fil-għid kien parti mill-ħajja tagħhom.

Qatt ma ntilfu fuq dak li għaddew minnu u li wassalhom biex jgħixu sitwazzjoni mhux normali. Marija u Ġużeppi kienu jafu minn xhiex għaddew u l-irregolarità ta’ ħajjithom f’għajnejn il-bnedmin li kieku kienu jafu l-verità. Iżda quddiem Alla baqgħu ġusti u għexu ta’ ġusti f’fefeltà sħiħa lejn il-liġi u l-pellegrinaġġ għal Ġerusalemm, ma kienx biss ubbidjenza lejn l-obbligu, imma mixja bil-qalb u żjara ta’ ferħ għaċ-ċelebrazzjoni tal-Għid li fiha huma kienu jħossuhom mifdijin mill-jasar, anke dak tal-imgħoddi li seta’ jorbothom.

Ġesù jibqa’ fit-tempju; donnu jifhem fejn hu postu; il-ħeġġa għal darek kilitni. Ried ikun f’dak li hu ta’ Alla għax jaf li hemm isib il-milja tiegħu, hemm ħajtui tilħaq il-qofol kollu tagħha. il-bniedem ifittex ħafna fejn isib il-ferħ imma l-hena vera jsibha meta jikseb dak li hu tassew imsejjaħ għalih. Hemm il-ferħ tal-qalb jitkellmu x-xuftejn u kulħadd jibqa’ mistgħaġeb b’dak li jingħad, għax huwa Alla li jagħmilna sħaħ, dak li tassew aħna. Forsi fil-Milied nintilfu żżejjed niċċelebraw ġrajja li seħħet elfejn sena ilu u ftit li xejn nifirħu li Alla, bil-misteru tal-inkarnazzjoni, ried li aħna jkollna sehem minn natura tiegħu ta’ Alla kif hu ssieħeb magħna fin-natura tagħna l-bnedmin. Dan hu l-kobor tal-misteru tal-iben ta’ Alla li jsir bniedem u dan hu li aħna għandna għalfejn niċċelebraw, għax dak li ġara għadu jseħħ, mhux iżjed f’dawk li ġew qabilna imma fina. Aħna nifriħu u qalbna timtela bil-hena, li ma jneħħih. Ma nafux aħna wkoll li rridu nkunu f’dak li hu ta’ missierna?

Aħna ngħidu Ġesù ntilef. Imma fil-fatt, ħassewhom mitlufin Marija u Ġużeppi mingħajru. Dak li Marija qalet lil Ġesù, jinstema’ spiss fuq fomm dawk li jaħsbu li Alla telaqhom; għalfejna għamiltilna hekk, għalfejn mintix magħna? Ġesù jsib postu fit-tempju iżda l-bniedem hu mitluf mingħajr Ġesù, infittxuh ħafna u kullimkien, għand qrabha u ħbieb, iżda ma nsibuhx. Insibuh biss fejn jgħammar tassew, fejn hu fl-aqwa tiegħu, f’dak li hu ta’ Missieru u fid-dar tiegħu.

Il-Milied għadda u mar, it-tbissim intefa’ u l-gost dab fix-xejn; l-awguri ta’ milied tajjeb damu sa San Stiefnu u issa b’nofs qalb, għax nafu li żgur mhux hekk se jiġri, nawguraw likollox imur sew is-sena d-dieħla. F’dal ġranet jista’ jiġrilna bħal meta nippruvaw naqbdu r-ramel, naħtfu kemm nistgħu u nrossuh fil-ponn ta’ jdejna. Wara ftit nindunaw li iktar kemm nippruvaw nagħfsuh u nżommuh iktar nitilfuh; ramel jibqa’ u jgħaddi minn kull xaqq u malajr ukoll.

Marija talbet lil Ġesù ċanfira ta’ omm lil binha., mhux wisq għax għamel ta’ rasu imma għax ma baqax magħhom u mingħajru ħassewhom mitlufin. Għal din is-sena li ġejja u għal ħajjitna kollha, biżżejjed jekk bħalha, nitolbuh jibqa’ magħna.

Bħal ma għamel magħha, jagħmel magħna wkoll.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.