L-Epifanija tal-Mulej


Vanġelu (Mt 2. 1-12): Il-kelma “Epifanija” tfisser manifestazzjoni ta’ xi ħadd fl-għoli, e.g. tal-Preżenza Divina.   Meta l-allat Griegi kienu jinżlu qalb il-bnedmin u jrebbħuhom xi gwerra, kienu jgħidu li seħħet epifanija tal-allat.  L-Insara tal-Lvant aktar kienu jiċċelebraw il-magħmudija ta’ Ġesu milli t-twelid, għax hemm Ġesu aktar wera ruħu fil-beraħ.  F’epifanija suppost ikun hemm dehra straordinarja. Ma kien hemm xejn minn dan f’tarbija mgeżwra fi ftit faxex ġo maxtura.  Imma din kienet tassew Epifanija għax b’dan il-mod Ġesu ried juri l-imħabba t’Alla.

  1. Is-silta tal-lum tippreżentalna żewġ gruppi ta’ nies: il-Maġi u l-politiċi. Għal ħafna snin l-Insara ilhom juru interess kbir fil-Maġi, isaqsu kemm kienu, minn fejn ġew, x’sar minnhom wara, fejn huma midfunin. Ħafna qisuhom bħala rejiet, għax assoċjawhom ma’ Isaija 49 jew Salm 72: “Ir-re ta’ Saba u Seba jiġu jġibulu r-rigali u jagħtuh qima.” Billi jissemmew tlett rigali, qatgħuha li l-Maġi kienu tlieta.  L-ismijiet aktarx ġejjin minn możajk li hemm f’Kora, Istambul, fejn il-maġi jidhru rikbin iż-żwiemel (għax fit-Turkija ma kontx issib iġmla), u resqin għand Erodi.  Tidher ukoll l-istilla, li ggwidathom.  Melkjor jidher anzjan, b’xagħar u daqna bajda, u se joffri d-deheb.  Baltażar jidher raġel matur, b’ġilda skura, u se joffri mirra.  Gaspare, l-aktar żagħżugħ, bla daqna, b’ġilda roża, se joffri l-inċens.  Jirrappreżentaw it-3 etajiet tal-bniedem u t-3 razez li ħarġu minn ulied Noe’.  Il-messaġġ għalina hu li, hi x’inhi l-eta’ u r-razza tiegħek, xorta jiħtiġlek tfittex il-kewkba li turik id-dawl li jagħti sens lil ħajtek.
  2. L-istilla. L-astronomi matul is-snin studjaw bir-reqqa il-kitbiet antiki biex jiskopru x’kienet.  Ma setgħetx kienet il-kometa ta’ Halley għax din dehret 12-il sena BC, waqt li Ġesu twieled fis-sena 7 BC.  Padre La Grage, biblista, meta ra dil-kometa fil-1911, fehem li l-kewkba ta’ Betlehem ma ssibiex fil-firmament imma fl-Iskrittura.  Fil-ktieb tan-Numri nsibu l-istorja tar-re Balak li jsejjaħ saħħar, Balgħam, biex jisħet il-popu Lhudi.  Minn flok jagħmel hekk, Balgħam ibassar: “Qiegħed naraha, imma mhux għalissa, nilmaħha, imma mhux fil-qrib.  Għad titla’ kewkba minn Ġakobb, u jqum xettru minn Israel….. u jaħkem bniedem ġej minn Gakobb” (Num. 24. 17-19).  Mela l-istilla hija re ta’ Israel li għad jaħkem b’saltna ġdida fuq id-dinja kollha. L-awtur tan-Numri aktarx kellu f’moħħu r-re Ġosija. Imma meta għaddew is-snin u kollox baqa’ kif kien, il-poplu reġa’ beda jistenna d-dehra ta’ din l-istilla,
  3. Meta dehret, il-Maġi baqgħu msaħħra bid-dija tagħha. Qalbhom ħebrithom li din se turihom it-triq fejn twieled ir-re li se jwaqqaf saltna ta’ paċi li se tieħu post is-saltniet qodma tal-gwerer u oppressjoni. Il-Maġi jirrapreżentaw lil dawk kollha li ġew imdawlin u msaħħrin minn din il-Kewkba li hi Ġesu ta’ Nazaret: “… Dawl li jdawwal il-ġnus” (Xmun). L-Epifanija tal-Mulej hija proprju dan id-dawl li Ġesu ġabilna biex nagħrfu li Alla huwa Mħabba. Il-Maġi  (a) jerfgħu għajnejhom lejn is-sema biex jikkontemplaw il-ħolqien u għax kellhom ħjiel li dan id-dawl se jidher; (b) kienu jaħsbu fuq il-ħwejjeġ banali li jinkwetaw lill-bniedem, u bdew ifittxu dak li jagħti sens lill-ħajjithom; (ċ) ma baqgħux passivi, imma ċċaqalqu u telqu għal għonq it-triq.  Ma kkuntentawx bl-immaġini antiki t’Alla li jwasslu lil wieħed biex ma jadurahx.  Ma kinux jafu min hu dan id-dawl ġdid. Kellhom ħerqa kbira li jsibu l-verita dwar Alla u, meta jsibuh, iqimuh u jadurawh.
  4. Il-Maġi jiltaqgħu ma’ grupp ta’ nies li kienu opposti għall-fehmiet tagħhom: “Erodi u Ġerusalem kollha tħawdu.” Dal-grupp jirrapreżenta dawk kollha marbutin mas-siġġu tal-poter jew ma’ sistema reliġjuża tal-antik u li ma jridux jiċċaqalqu minnha.  Dan id-Dawl ġdid jagħtihom fastidju u ma jilqgħuhx.  Dawn huma nies drogati u fis-sakra tal-poter, rebgħa u vanita’ (arani!).  Erodi qatel xi 12-il ruħ tal-familja li kienu theddida għat-tron tiegħu. Mhux ta’ b’xejn ħassu mhedded minn re ta’ Israel ġdid.  Ġerusalemm ukoll, i.e. il-post tal-istituzzjoni politika u reliġjuża, fejn id-dawl tal-istilla ma tistax titħalla tiddi.  In fatti il-Maġi ma rawhiex aktar il-kewkba meta daħlu Ġeusalemm.  Reġgħu bdew jarawha kif ħarġu mill-belt.  Min jibqa’ marbut ma’ politika u reliġjon bħal dik ta’ Ġerusalemm, ma jħallix il-kewkba tiddi f’ħajtu.  Erodi jiġbor il-qassisin u l-iskribi biex isir jaf dwar dar-re ġdid.  Dawn kellhom f’idejhom l-Iskrittura li offritilhom iċ-ċans tad-deheb biex jindmu mill-passat tagħhom u jilqgħu fosthom id-Dawl.  Anki  Erodi seta’ jisgħob bih ta’ tant tixrid ta’ demm u jaċċetta dis-saltna ġdida. Hu miet tlett snin wara, ħamest ijiem wara li qatel ieħor mit-tfal tiegħu.
  5. “…. u meta ssibuh, anki jien niġi nadurah.”  Min hu maħkum mill-poter, jaħdem fid-dlam, bil-moħbi u bil-gideb.  Id-dawl hu l-għadu tiegħu.  Ma jafda ‘l ħadd.  Il-Maġi telqu minn Ġerusalemm u. kif raw il-kewkba, imtlew b’ferħ kbir.  Fejn waqfet, daħlu jaduraw lit-tarbija.
  6. Israel (bil-Lhudi hu nom femminili) fl-Iskrittura kien meqjuż bħala l-poplu magħżul tad-Divinita’ Rjali, poplu ta’ saċerdoti, u l-Għarusa tal-Għarus Divin. It-tlett rigali kienu jixirqu lill-poplu bħal dan, imma llum qed jiġu offruti lill-poplu ġdid t’Alla – il-poplu tas-Salta l-Ġdida, il-poplu Nisrani, i.e. kull min jaċċetta dan id-Dawl f’ħajtu. Dan il-poplu se jkollu wkoll il-karatteristiċi tal-poplu Lhudi. Id-deheb hu rigal xieraq għar-rejiet, l-inċens għas-saċerdoti, u l-mirra kienet il-fwieħa li bih kienet tiddandan l-Għarusa.

Sors:  lachiesa.it/liturgia/omelie/padrefernando armellini

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

One thought on “L-Epifanija tal-Mulej”

  1. Awguri, thank you li tibghatli dawn il messages pero ma nixtiqx li nibqa nircevihom. Naprezza jekk ma tibghatli izjed. Grazzi.

    Sent from Yahoo Mail on Android

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.