Evanġelju tal-Erbgħa 9 ta’ Jannar 2019


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 6, 45-52

Moħħhom kien magħluq għax żammewh magħluq jew ma setgħux jiftħuh jew ma riedux jiftħuh. Moħħhom kien għadu mhux lest jinħall mill-esperjenza tal-limitazzjonijiet li n-normalità tal-esperjenza umana li sa dakinhar kien għadu marbut biha. Bil-maqlub, min jaf li n-normalità mhix ir-regola li tmexxi l-ħajja u jiddeċeidi li jibqa’ mwerwer quddiem il-possibiltà li Alla huwa wkoll sid tan-natura u l-liġijiet tagħha, jagħlaq moħħu minn rajh u jiddeċiedi li jżommu msakkar, jiġri x’jiġri.

Id-dixxipli ma setgħux jifhmu dak li mhux normali. Illum hawn min jgħid li dak li mhux normali huwa frott ta’ moħħ magħluq, dak li ġej mill-fidi huwa r-riżultat ta’ ras marbuta.

Pass pass. Ġesù jibqa’ l-art biex jibgħat lin-nies, mhux biss temgħahom iżda ried jagħtihom missjoni billi jurihom li jagħti kashom, bħal min jistieden lil xi ħadd għal ikla u wara li tintemm iwassalhom sal-bieb u jara li ma jonqoshom xejn. Xħin bagħat il kulħadd tela fuq l-għoljiet biex jikkomunika mal-Missier u minnu jieħu l-qawwa u l-enerġija; hu stess iħoss il-ħtieġa li jġedded l-għaqda ta’ intimità mall-Missier fit-talb. Iżda qabel kollox ġagħal lid-dixxipli jaqsmu l-baħar mill-ġdid u jmorru qablu Betsajda. F’dawn is-siltiet, San Mattew isemmilna diversi drabi li qasmu l-baħar, dak iż-żmien meqjus bħala post id-dlam u l-ħlejjaq mitoloġiċi li jgħammru fih. Fil-ħolqien ta’ sema ġdid u art ġdia ma jkunx hemm iżjed baħarjgħid l-awtur tal-apokalissi, kemm għax kull maħluq hu mirbuħu kemm għax żmien is-superstizzjoni ntemm.

Il-ħajja hija wkoll baħar mimli bi ħlejjaq li jheddu is-saħħa u l-istabilità tal-bniedem li jgħixha; sitwazzjonijiet, burdati, ħsus li jżommu lill-bniedem u jwaqqfuh millijkompli jaqdef biex jasal sax-xatt l-ieħor.

Barra minn hekk, Betsajda kin ir-raħal fejn ħafna mid-dixxipli kellhom l-għeruq tagħhom, Pietru l-ewwel wieħed, qabel kienu ‘emigraw’ lejn Kafarnahum biex ikabbru l-ħidma tagħhom u jibnu l-familji tagħhom. F’Betsajda kelhom l-għeruq u fejn hemm l-għeruq il-bniedem jagħaraf minn tassew hu, b’mod speċjali meta jkun inbala’ ġol-identità li x-xogħol u r-rutina jkunu daħħluh fiha. Għalhekk ħafna jtennu: kemm konna aħjar meta konna agħar; mhux għax din hija l-verità iżda għax paradossalment, hija xewqa nostalġika biex ngħixu aħjar illlum u għada.

Ġesù jitlob u wara li jitlob jitlaq jimxi fuq l-ilma u ried jgħaddihom. Kienet sfida għax huma kienu qed jitħabtu jaqdfu minħabba li r-riħ kien kontrihom u qlugħ ma setgħux jużaw u lanqas iħallu lilhom infushom jinġarru mir-riħ bħal meta jkun ġej mill-poppa. Mhux hekk biss, iżda kienu għajjenin u mħawdin; in-nagħas u l-għejja kienu qed jagħmlu tagħhom għax il-jum kien ilu li ntemm. Dak li kienu ssuġġerew lil Ġesù biex jagħmel man-nies – jibgħathom, Ġesù kien għamlu magħhom – bagħthom u bagħthom jaqdfu kontra l-kurrent.

X’ħin rawh, twerwru għax ħasbuh fantażma. Kif jista’ xi ħadd jimxi fuq l-ilma! Dan mhux normali u kellhom raġun.

Il-kliem ta’ Ġesù mhux iktar għad-dixxipli. “Agħmlu l-qalb, jiena hu, tibżgħu xejn!” huwa għalina llum u hawn. Jiena hu għandha sens doppju għal-Lhud li qed jisimgħu. Jiena hu Ġesù u jiena hu il-kliem misluf minn fomm Alla quddiem Mosè li jfisser li hu l-eżistenza nnifisha; mingħajru ma kien u ma hu xejn. Jiena hu: jiena Ġesù u jiena Alla. Min irid jifhem, ħa jifhem.

L-aħħar ħsieb minn din is-silta għal min irid jifhem. Meta Ġesù tela’ fid-dgħajsa ir-riħ ma ġiex mill-poppa biex jinġarru miegħu. Ir-riħ waqaf.

Biex naslu fejn bagħtna naslu, il-moqdief u t-tmun kienu, għadhom u jibqgħu għalina wkoll, f’idejna.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.